www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

‘Park and Ride’
minn L-Avukat Reno Borg

F’din il-kwistjoni ghandi interess bhalma ghandhom il-haddiema kollha li jahdmu l-Belt u dawk l-eluf ta’ Maltin li jidhlu l-Belt bil-karozza taghhom biex jixtru jew jaraw lil qrabathom il-Belt.

Austin Gatt rega’ holom holma kerha. Ilu johlom u jwettaq dak li johlom. Kif qalet sew il-MaltaToday, inkunu qeghdin nistennew hafna jekk naraw lill-ministri jmorru x-xoghol taghhom b’tal-linja. Imma ahna, li ilna snin twal nahdmu l-Belt u investejna f’karozza ghax-xoghol, issa rridu jew inhallsu xi Lm13 fil-gimgha ghall-‘parking’, inkella mmorru b’tal-linja.

Jiena ma nkunx kuntent nara lill-ministri jmorru b’tal-linja u jien bhalhom. Min ghandu xoghol li jrid jigri hafna ‘l hemm u ‘l hawn, ma jistax joqghod jidhol il-Belt b’tal-linja, imbaghad imur id-dar, jiehu l-karozza tieghu biex jigri fil-postijiet l-ohrajn fejn ghandu x-xoghol.



Le, mhux bhal barra

Qalulna, f’liema belt barranija, in-nies jipparkjaw b’xejn. Darba kont ktibt li biex timxi barra ghad iridu jaghmlulna taxxa. U hekk gejna, biex tipparkja trid thallas mat-Lm13 fil-gimgha.

U kemm qieghed jahseb li qeghdin jaqilghu flus il-haddiema, f’ekonomija ggammjata tort ta’ Gvern li kkakma mas-siggu tal-poter.

Meta m’ilux tkellimt ma’ barrani u ghedtlu kemm ilu fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista qalli: “Mela x’demokrazija ghandkom?”

B’din il-mizura tal-‘park and ride’ se jizdiedu l-ispejjez ghal kulhadd u l-aktar ghal dawk li ghandhom paga baxxa.

Issa, se jkollna distinzjoni fil-klassi: dawk li jifilhu jidhlu l-Belt bil-karozza privata taghhom u dawk li m’humiex komdi, se jkollhom jitqannew b’tal-linja.

Il-ministri jidhlu bil-karozzi jlellxu u kulhadd jixxennaq jarahom dehlin il-Belt qishom princpijiet moderni.

In-negozju tal-Belt se jkompli jiehu daqqa ta’ harta. Min kien imdorri jidhol jixtri l-Belt bil-karozza tieghu issa se jaghzel li jixtri mir-rahal tieghu jew minfejn m’ghandux dawn ir-restrizzjonijiet.

Il-Belt Vallettaa se tkompli tmut. Se tigi affettwata wkoll il-Floriana.



Taxxa ohra

Din tal-‘park and ride’ se tkun taxxa ohra tal-Gvern Nazzjonalista. Flok li l-Gvern inaqqas it-taxxi biex jiggenera n-negozju, il-hin kollu qed jiehu mizuri biex jiggammja n-negozju.

Illum mhux lil-Laburisti biss tisma’ jgergru imma anke lil Nazzjonalisti maghrufin li spiccaw ftaqru bid-decizjonijiet fiskali hziena li ha dan il-Gvern. Taxxi, taxxi , taxxi.

U dan il-poplu sar wiehed mill-aktar ntaxxati fl-Ewropa. Fl-istess hin Malta saret pajjiz inqas kompetittiv b’dannu ghall-poplu kollu.

Kulhadd qieghed ihoss l-ghafsa ta’ ekonomija li qieghda tickien flok li tikber. Inutli li Gonzi jipprova jghid kemm qeghdin fit-triq it-tajba… il-poplu qieghed ihoss il-wegghat u hadd mhu se jaljenah.

Minn dan kollu naqbel ma’ haga wahda. Li jitnehha l-‘parking’ ta’ quddiem il-Palazz u tal-‘parking area’ li tigi ezatt fid-dahla tal-Belt u hdejn it-teatru l-imwaqqa’. Mill-bqija, ma ssir l-ebda hsara b’‘parking’ f’inhawi ohrajn tal-Belt. Min irid jipparkja l-Blata l-Bajda ikun jista’ jaghmel dan b’mod volontarju.

B’hekk jilhaq jipparkja min ibakkar u l-Belt xorta wahda tiehu dehra isbah.



L-influwenza li toqtol

Wara l-artiklu li ktibt fuq in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-influwenza pandemika, huwa ta’ sodisfazzjon li d-Dipartiment tas-Sahha ta informazzjoni utli lill-pubbliku. Sur editur, kienet interessanti hafna l-intervista li ppubblikajt mat-Tabiba Melillo dwar din il-marda qattiela.



Vakanzi

Peress li issa kulhadd ikollu s-‘shutdown’, jien wkoll nixtieq niehu ftit vakanzi u se nieqaf mill-kitba tieghi ghal hmistax u nerga’ niltaqa’ maghkom wara nofs Awissu. Il-festi t-tajba lil kulhadd u j’Alla ma jkollniex aktar imwiet bin-nar tal-festi u ma jinqalax inkwiet banali fil-festi tar-rahal.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.