|
“Biex l-ghadd tal-gamiem ma jkomplix jonqos fl-Ingilterra hemm bzonn li nwaqqfu ‘l-Maltin milli jkomplu jisparaw fuqhom”, intqal f’fehma ppubblikata s-Sibt l’ghadda fuq il-gurnal awtorevoli Ingliz The Times ta’ Londra mill-korrispondent dwar il-hajja selvagga, Simon Barnes.
Il-gurnalista influwenti Ingliz taht ir-ras; “Aktar gamiem fl-Ingilterra, jekk jevitaw is-snieter tal-Maltin,” indika mal-ewwel li mhux daqshekk kuntent dwar il-passatemp tal-kacca f’pajjizna. Apparti dan ghamel kritika harxa fil-konfront tal-gvern Malti u jghid li dan injora r-responsabbilitajiet tieghu fid-dawl tad-Direttiva Ewropea dwar l-Ghasafar.
Jghid li huma bosta r-ragunijiet li ghalihom qeghdin jonqsu l-gamiem f’pajjizu u jsemmi fost l-ohrajn it-tibdiliet fil-prattici tal-biedja. Qal li dan l-ahhar saru riformi kbar f’dan il-qasam, izda stqarr li din mhiex kwistjoni li tista’ tinbidel minn lejn ghan-nhar.
“Minkejja dan, hemm mod kif kif nistghu naghmlu dan, u li permezz t’hekk nassiguraw li jkollna iktar gamiem. Kull ma rridu naghmlu hu li nwaqqfu lill-Maltin milli jkomplu jisparaw fuqhom,” kompla jikteb b’mod pungenti l-gurnalista Brittaniku, fil-waqt li jimplika li l-kacca f’pajjizna hija l-kagun ta’ dan in-nuqqas.
Barnes stqarr ukoll li l-ghasafar kollha fl-Ingliterra jhallu l-gzira fil-harifa f’qatghat kbar ghax jinkludu wkoll maghhom il-frieh ta’ l-ghasafar li jkunu waslu biex itiru. Isostni li meta jigu biex jirritornaw lura lejn l-Ingilterra fl-istagun tar-Rebbiegha huma ferm inqas dawk l-ghasafar li jirnexxielhom jaghmlu dan.
“Li tattakka dawn l-ghasafar f’dan l-istadju jkun ifisser li tkun qed tattakkahom fl-iktar mument dghajjef taghhom. U dan hu precizament li l-Maltin ihobbu jaghmlu.
Hafna mill-ghasafar li jpassu jghaddu minn fuq Malta ghax hija gheliem prominenti fejn jinzlu jistriehu. Il-Maltin jisparaw fuq madwar 100,000 gamiema fis-sena, l-iktar matul il-passa tar-Rebbiegha,” iddikkjara Barnes.
Jghid li dan huwa totalment il-kontra ta’ dak li tghid id-direttiva Ewropea dwar l-Ghasafar u li Malta hija kommessa ghaliha bhala membru shih ta’ l-Unjoni Ewropea. Jishaq li l-isparar fir-Rebbiegha huwa pprojbit.
Jistqarr li wara li l-gvern Matli naqas mir-responsabbilitajiet tieghu, l-Ghadqda Internazzjonali Birdlife u dik Maltija ghamlu talba lill-Kummissjoni Ewropea biex pajjizna jibda jiehu bis-serjetà din id-direttiva Ewropea.
Fil-fatt jirrizulta li pajjizna naqas milli jaddotta ghadd ta’ mizuri li dahlu fis-sehh mas-shubija ta’ Malta fl-UE dwar l-insib li mistenni jkun ipprojbiet fl-2008. Il-mizuri kienu jinkludu fost l-ohrajn studju li kellu jevalwa s-sostenibilità ta’ l-insib ta’ l-ghasafar ta’ l-ghana, apparti r-registrazzjoni taz-zoni kollha fejn isir l-insib.
Dwar dan il-gurnalista Ingliz u kittieb f’The Times sa mill-1982, itemm jghid li “wara kollox, m’ghandkomx tisthajlu li tistghu taghzlu liema regoli tixtiequ biex tobduhom”.
owengalea@hotmail.com
|