|
Is-suggett ta’ l-immigrazzjoni rregolari ser jibqa’ fuq il-wicc ta’ l-agenda ta’ pajjizna ghal gimghat u xhur li gejjin. Din is-sena pajjizna intlaghat mill-akbar mewga ta’ immigranti rregolari hekk kif inkiser kull record ta’ wasliet ta’ dghajjes mimlijin Afrikani li, fil-bicca l-kbira taghhom, ma jisthoqqilhomx il-protezzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ginevra dwar ir-Refugjati. Issa li ninsabu prattikament fi stat ta’ emergenza jehtieg li jittiehdu mhux biss mizuri ta’ emergenza mill-Istat izda jehtieg ukoll li kull enti non-governattiva koncernati fil-harsien ta’ l-immigranti kif ukoll certi oqsma tal-gurnalizmu Malti jirriformaw xi ftit jew wisq l-attitudini leggera taghhom fil-konfront ta’ din il-problema u jirrikonoxxu li ma tistax taqbad u tiftah idejk ghal kull min ihabbat fuq il-bieb.
Huwa minn ewl id-dinja li l-bicca l-kbira ta’ l-immigranti rregolari li jidhlu f’pajjizna mhumiex nies li jikkwalifikaw ghall-protezzjoni. Dan huwa fatt ippruvat. Illum ir-rifugjati politici tghoddhom fuq ponot subghajk u qeghdin jigu sostitwiti b’tip iehor ta’ immigrant li jissejjah l-immigrant ekonomiku. Dawn it-tip ta’ immigranti qeghdin xi ftit jew wisq jabbuzaw mill-inezistenza ta’ fruntieri fuq il-bahar u joholqu xeba problemi ghalihom infushom kif ukoll ghall-pajjizi li jilqghuhom.
Kont inhoss ukoll li kien hemm zmien meta l-gurnalizmu ndipendenti kien ostili lejn l-istituzzjonijiet fuq kwistjonijiet ta’ harsien ta’ l-immigranti b’mod partikolari fuq il-problema tad-detenzjoni taghhom. Billi Gvern u Oppozizzjoni jharsu lejn il-problema mill-istess nuccali kienet saret hafna kritika ingusta fil-konfront tat-tnejn, kritika li kienet ukoll sostnuta minn organizzaz-zjonijiet internazzjonali bhal UNHCR u Amnesty International li aktar harsu lejn il-benestanza ta’ l-immigranti kollha, inkluzi dawk li ma jisthoqqilhomx protezzjoni, milli l-interess nazzjonali ta’ pajjizna. Ghal dawn l-organizzazzjonijiet ftit li xejn jidher importanti li pajjizna ma jaffaccjax taqlib socjali u problemi ta’ sigurta fuq it-territorju tieghu.
Anki l-Unjoni Ewropea, fil-fehma tieghi, jehtieg li tiehu in konsiderazzjoni l-problemi kbar li pajjizna qieghed jaffaccja bhalissa b’aktar impenn u serjeta ghaliex inqis li s’issa hallitna nghomu wahedna f’bahar imqalleb. L-ghotja ta’ xi mitt elf lira bhala „mizura ta’ emergenza‰ hija insult u tirrifletti in-nuqqas ta’ sensitivita mill-Unjoni Ewropea ghall-problema Maltija. Fin-nuqqas ta’ ghajnuna diretta l-Istat Malti jehtieg li jirrispondi b’determinazzjoni u b’mod li l-poteri Ewropej jaghtuna widna u id t’ghajnuna mhux biss paroli rettorici ta’ xi Frattini li gie f’pajjizna biex jghidilna kemm hi problema l-immigrazzjoni rregolari u halliena bla karlin fuq xiex nahilfu.
L-ewwel u qabel kollox il-Gvern Malti irid izomm sod quddiem il-pressjoni ta’ certi NGOs u entitajiet internazzjonali li jridu li kull immigrant irregolari li jidhol f’pajjizna jinghata l-helsien awtomatikament. Issa aktar minn qatt qabel li l-krizi kibret ghal dawn il-proporzjonijiet. Biex il-Gvern izomm lil dawn kuntenti saret prassi li min ma jikkwalifikax ghall-istatus ta’ rifugjat jinghata minflok l-protezzjoni umanitarja sabiex jinheles.
Din tal-protezzjoni umanitarja dejjem harist lejha b’certu suspett ghaliex, fil-fehma tieghi, din qeghda tinghata meta jkun ovvju li l-persuna koncernata mhux ser tikkwalifika ghall-istatus ta’ rifugjat. B’dan il-mod il-problema ta’ akkomodazzjoni qeghda tixxiftja mic-centri ta’ detenzjoni ghac-centri miftuha. Jew l-immigrant ghandu protezzjoni jew m’ghandux. Il-Gvern ma jistax joqghod jilghab bil-protezzjoni umanitarja biex joqghod jiftahar kemm hija gholja r-rata ta’ accettazzjoni ta’ immigranti f’pajjizna biex jikkuntenta l-NGOs a skapitu ta’ l-interess nazzjonali.
Xi NGOs iridu jigbdu habel wiehed ma’ l-Istat fuq din il-problema mhux imorru barra minn Malta jirrapportaw kull tibna ta’ problema ta’ akkomodazzjoni f’pajjizna. Din l-idea, kwazi fissazzjoni, li d-detenzjoni ghandha titnehha hija holma mhux realizzabbli fic-cirkostanzui ta’ pajjizna. Tkun il-gurnata meta Gvern u Opposizzjoni jinqasmu fuq il-problema ta’ l-immigrazzjoni jekk il-Gvern ifettillu jcedi quddiem din il-pressjoni.
It-tieni punt huwa li l-gurnalizmu Malti jehtieg li jibda jibbilancja ruhu xi ftit aktar billi ma jibqax jimbotta biss l-agenda ta’ l-immigranti u tal-NGOs.
Jien kontra li l-immigrant ma jigiex ttrattat b’dinjitŕ jew li jkun soggett ghal trattament purament razzist jew xenofobiku. Kull min haqqu protezzjoni jixraqlu jibqa’ f’pajjizna jew ahjar jigi mghejjun isib sistemazzjoni ahjar f’xi pajjiz fl-Ewropa, jghidu x’jghidu il-forzi estremi ta’ nies bhal Lowell. Izda min-naha l-ohra il-gurnalizmu ma jridx jimbotta l-hsieb li ahna kollha razzisti semplicement ghaliex il-problema qeghdin nippruvaw inzommuha il-boghod minn xtutna jew naghmluha difficli li Malta ssir destinazzjoni facli ghall-immigranti. L-Istat ghandu kull dritt li jiddefendi ruhu u jipprotegi l-interessi tal-popolazzjoni tieghu minghajr ma jghaddi ta’ razzist. Hawnhekk il-gurnalizmu Malti, partikolarment dak indipendenti, jehtieg jahdem aktar.
Fl-ahhar u mhux l-inqas jew l-Unjoni Ewropea se tohodna bis-serjetŕ jew inkella naghmlu fattina. Malta mhiex il-latrina ta’ l-Ewropa. Fuq naha wahda ahna l-Maltin dlonk tajbin biss biex nilqghu l-immigranti fostna, pero minn naha l-ohra l-komunita internazzjonali dlonk taghlaq ghajnejha ghal min jipprova jisirqilna d-dritt taghna li nfittxu ahjar ghaz-zejt u li nistadu ahjar ghall-hut fil-Mediterran. Ahna ma nezistux fil-Mediterran ghall-hazin biss izda biex ingawdu wkoll mill- beneficcji tal-bahar wkoll. Wasal iz-zmien li ma’ l-Ewropej naddottaw xi ftit l-istil Mintoffjan fin-negozjati taghna.
|