www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Features
 

Telfa kbira ghall-Moviment Laburista:
Il-mewt kmieni tal-leggendarju Gerry Zammit
minn Robert Micallef

Gerry Zammit li twieled fl-1 ta’ Awissu, 1930 kien figura prominenti fil-moviment Laburista tas-snin 50 u hadem spalla ma’ spalla mal-mexxejja tal-Partit Laburista fil-glieda ghall-helsien ta’ Malta. Kien fundatur u l-ewwel Segretarju taz-Zghazagh tal-Partit Laburista u aktar tard Segretarju tat-Taqsima Gvern tal-GWU. Kien wiehed minn dawk il-qalbiena li mexxew l-istrajk nazzjonali ta’ April 1958. Ta’ dan serva sentenza ta’ habs ftit qabel ma kellu jmur jistudja Oxford biex ihejji ghal attività ikbar b’rizq pajjizu.

Kien meqjus minn kulhadd bhala protagonista kbir ghall-futur. Kien ghadu Oxford meta l-marda tal-kancer qatlitu hesrem fl-1961 fl-eta ta’ 30 sena ftit qabel ma miet ukoll il-habib kbir tieghu Guzè Ellul Mercer. Li kieku baqa’ maghna, proprju llum kien jaghlaq 75 sena.

Gerry kien persuna generuza u tip intellettwali li jaqra hafna u dejjem bil-gazzetti jew kotba taht dirghajh. Ohtu Guza tiddeskrivih bhala bravu hafna izda ta’ ftit kliem u fl-età ta’ disa’ snin gie l-ewwel fl-ezami tal-Liceo. Gorg Agius, habib ta’ Gerry, li aktar tard sar Segretarju Generali tal-GWU, jiddeskrivih bhala bniedem mill-iktar simpatiku u leali li kull fejn kien dejjem impressjona bil-mod kif janalizza sitwazzjoni. Il-veteran Laburista Anton Cassar jghid li Gerry kien wiehed mill-avangwardja tal-partit u fost l-aktar motivati fl-ideali tax-xellug.

F’dawk is-snin, Gerry Zammit kien jissemma bhala ‘rising star’ tal-Partit Laburista flimkien ma’ nies bhal Patrick Holland u Joe Micallef Stafrace u aktar tard Lorry Sant u Lino Spiteri, kollha zghazagh prominenti li bdew jitghabbew b’responsabbiltajiet kbar fi hdan il-Moviment Laburista. Lino Spiteri jiddeskrivi l-‘aura’ madwar Gerry u jghid li kien jimpressjona lil Mintoff bl-argumenti tieghu.

Richard Matrenza, li bhal Gerry studja f’Ruskin College, kien ukoll Segretarju tat-Taqsima Gvern tal-GWU jiddeskrivi lil Gerry bhala zaghzugh imhejji ghat-tmexxija tal-moviment. Lino Cassar, li jfisser lil Gerry bhala socjalist pur, kien sar jafu meta kienu jistampaw il-gazzetta Is-Sebh f’Mayfair House. Aktar tard, kien mar izuru l-isptar l-Ingilterra f’Dicembru 1960. J. G. Vassallo, li wara l-isplit kien lahaq Segretarju tal-Partit ta’ Boffa, jiddeskrivih bhala ‘fire brand’ u agitatur li kien jifforma parti mill-‘core group’ ta’ Mintoff. Effie Mifsud, li fis-snin 60 kien ufficjal tal-partit ta’ Toni Pellegrini, jghid li titkellem ma’ min titkellem, kulhadd jghidlek li Gerry kien stilla.

Gerry Zammit beda l-hidma tieghu mal-Partit Laburista ftit wara li sar l-’isplit’ tal-Partit fl-1949. Mintoff kien ha t-tmexxija tal-Partit filwaqt li l-ex-mexxej, it-tabib Pawlu Boffa, waqqaf partit iehor tal-haddiema. Gerry kellu biss 19 il-sena u kien apprentist fit-tarzna. Kien f’dawk il-granet li ntefa’ b’sahha f’hidma fi hdan il-Partit. F’temp ta’ ftit xhur kellu sehem ewlieni fit-twaqqif tal-Kumitat tal-Partit Laburista fil-Gzira, kif ukoll fit-twaqqif ta’ l-Ghaqda taz-Zghazagh tal-Partit maghrufa bhala l-Labour League of Youth.

Gerry beda jfittex Laburisti mill-Gzira li kienu jahdmu fid-Dockyard biex jinghaqdu mieghu bil-hsieb li jitwaqqaf l-ewwel Kumitat Laburista fil-Gzira. L-ewwel laqgha generali tal-lokal saret nhar it-2 ta’ Novembru 1949 u Gerry inhatar l-ewwel segretarju. J.M. Baldacchino, li kien l-ewwel assistent segretarju u aktar tard sar segretarju flok Gerry, jirrakkonta kemm Gerry kien serju f’xoghlu, tal-punt u tip li jimpenja ruhu bil-kbir u li bil-hidma tieghu pogga lill-kumitat tal-Gzira fuq sisien sodi. Fundatur iehor tal-kumitat tal-Gzira, Nenu Buhagiar ghadu delegat tal-Partit Laburista sal-lum.



Hidma fil-Partit u t-twaqqif taz-Zghazagh Laburisti

Skond il-minuti ta’ l-Ezekuttiv Nazzjonali tal-partit tat-3 ta’ Ottubru 1950, Gerry Zammit baghat ittra li fiha ppropona ghaqda taz-zghazagh fil-partit. Dom Mintoff irrisponda billi hatar kummissjoni ta’ tlieta minn nies biex ihejju pjan ghat-twaqqif ta’ l-ghaqda. Din kienet tinkludi s-Segretarju Generali tal-Partit, Joe Attard Kingswell. L-Ezekuttiv tas-6 ta’ Novembru 1950 iddecieda favur il-proposta u giet imsejha laqgha ghaz-zghazagh Laburisti fl-14 ta’ Jannar, 1951 fil-Belt. Il-laqgha, li fiha kien approvat l-istatut ta’ l-ghaqda, kienet indirizzata mid-Deputat Mexxej tal-Partit, l-Avukat Joe Flores, li kien tefa’ ghajnejh fuq Gerry u kien jinkoraggih hafna. Ic-chairman tal-laqgha kien Danny Cremona.

Din il-laqgha kienet irrapportata bi prominenza fil-gazzetta Is-Sebh tat-18 ta’ Jannar li fiha wkoll deher avviz iffirmat minn Gerry Zammit fejn appella biex il-membri jibaghtu nominazzjonijiet ghall-karigi ufficjali ta’ l-ghaqda. Il-laqgha tkompliet fit-28 ta’ Jannar b’diskors ta’ Mintoff, li spjega kif mill-ghaqda taz-zghazagh ried jinbena l-pedament sod biex il-Partit Laburista jissahhah fil-glieda ghall-helsien mill-kolonjalizmu. Gerry inhatar l-ewwel segretarju ta’ l-ghaqda.

Aktar tard, Gerry Zammit serva wkoll fuq l-ezekuttiv tal-Partit Laburista sakemm fl-1953 iddecieda li jmur jahdem ghal numru ta’ snin l-Ingilterra. Baqa’ l-Ingilterra sa 1957. Hadem ukoll ghal perjodu twil imbarkat fuq il-merkantili bil-hsieb li jevita l-lieva. F’dak il-perjodu, Gerry ivvjagga hafna madwar id-dinja, inkluz fl-Asja u l-Awstralja. Yvonne Micallef Stafrace, l-ewwel mara impjegata mal-GWU, issemmi kif Gerry kien ihobb jirrakkonta stejjer dwar il-vjaggi li kien jaghmel, b’mod partikolari l-mod kif kien jimpressjonah il-faqar li kien jiltaqa’ mieghu f’certu pajjizi Asjatici.

Fl-1957, fuq insistenza tal-mexxejja tal-moviment Laburista, Gerry gie lura Malta u ghamel sena fil-kariga ta’ Segretarju ta’ Taqsima fil-GWU sakemm f’Settembru 1958 mar jistudja Oxford. Mill-Ingilterra baqa’ jghin xorta wahda lill-partit u kien jirrapprezenta lill-Partit Laburista f’numru ta’ laqghat internazzjonali. L-iktar wahda prominenti kienet f’Marzu tas-sena 1960 meta Gerry kien inghaqad mad-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-famuza ‘Goodwill Mission’ li mexxa Dom Mintoff fil-Lvant Nofsani qabel ma attendew il-Kunsill ta’ l-Internazzjonali Socjalista fl-Izrael. Ma’ Gerry u Mintoff kienu marru Anton Buttigieg u Guze Cassar.



Il-perjodu mal-GWU u t-28 ta’ April 1958

Gerry Zammit sar Segretarju tat-Taqsima tal-Gvern tal-GWU f’Settembru 1957 flok J. C. Saliba. Ghalkemm dam biss sena f’din il-kariga lahaq ghamel impatt qawwi fuq il-hidma tat-taqsima. Il-minuti tal-Kunsill tal-GWU ta’ dik is-sena jaghtu indikazzjoni cara tad-dedikazzjoni li kellu Gerry ghax-xoghol ta’ l-Union. Kien ikun fil-qalba ta’ hafna mill-inizjattivi li kienu jittiehdu.

Matul dik is-sena Gerry kien ha sehem prominenti fl-istrajk nazzjonali organizzat mill-GWU f’April 1958. Alfred Sant fil-ktieb tieghu ‘28 ta’April 1958 – il-Hobz u l-Helsien’ jispjega fid-dettal l-isfond tal-grajja. Il-protesta kontra l-Gvern Ingliz saret ghax l-Inglizi naqsu milli jonoraw l-obbligazzjonijiet taghhom. Il-ktieb ta’ Sant jikkonkludi li t-triq lejn il-helsien u n-newtralità kellha l-bidu taghha fil-grajja tat-28 ta’ April. Gerry kien wera kuragg u inizjattiva kbira dak in-nhar u flimkien ma’ ufficjali ohrajn ta’ l-union serva sentenza ta’ habs fuq akkuza ta’ intimidazzjoni. Id-dettalji tal-proceduri fil-qorti kontra Gerry u shabu huma dokumentati fil-ktieb ta’ Alfred Sant.

Meta hareg mill-habs fid-19 ta’Lulju, il-gazzetta The Torch gabet rapport prominenti fil-faccata taghha b’ritratt ta’ Gerry imdawwar bl-ufficjali ta’ l-Union, inkluz is-Segretarju Generali Reggie Miller. It-titlu tar-rapport kien jghid Last of the “Terrorists” b’referenza ghall-mod kif l-Inglizi kienu jirreferu ghal dawk il-Maltin qalbiena li organizzaw l-istrajk nazzjonali. J.C. Saliba jahseb li Gerry kien jilhaq Segretarju Generali ta’ l-Union kieku spicca l-istudju l-Ingilterra, ghax il-membri tal-Kunsill tal-GWU kellhom fiducja kbira fih.



It-tbatija f’Oxford u l-ahhar zjara lil Dom Mintoff

Ftit wara li beda l-istudju f’Ruskin College Oxford, Gerry iltaqa’ ma’ Ann Johnson, li kienet studenta Ingliza tistudja fl-istess kullegg. Kienu jistudjaw flimkien u jattendu diversi attivitajiet ta’ l-Università. Ma damux ma saru hbieb kbar u iktar tard inseparabbli. Izzewgu Oxford fl-1960, meta digà kienu bdew jidhru s-sinjali tal-mard f’Gerry u baqghet izzomm kunjomu sal-lum. Ann Zammit illum tghix Franza, ghandha 68 sena u ghamlet karriera bhala ekonomista fil-qafas tal-Gnus Maghquda. Fis-snin 70 hadmet bhala konsulenta ekonomika mal-Gvern Malti.

Ann ghandha memorji cari hafna tas-sofferenzi li garrab Gerry fl-ahhar xhur ta’ hajtu. Tirrakkonta kif, minkejja l-ugiegh, Gerry baqa’ juri kuragg kbir fl-istudju tieghu. Wara li lestew id-diploma f’Ruskin College, Gerry beda kors ta’ studju iehor f’Wadham College, Oxford. Izda wara l-ewwel xahrejn, inhakem mill-marda tal-kancer u baqa’ jistudja mid-dar u mill-isptar. Kien imur jarah kull gimgha l-habib tieghu Frans Massa, li kien jghix Londra u kien l-unika persuna apparti Ann li kien jaf bil-marda fatali li kien qieghed igarrab.

F’Marzu 1961, tliet xhur qabel miet, Gerry zar Malta ghall-ahhar darba flimkien ma’ Ann. Kienu alloggjati fil-villa tal-Perit Dom Mintoff, li mieghu Gerry kien jikkorrispondi regolari minn Oxford. Minn ftit wara li sar l-’isplit’ tal-Partit Laburista fl-1949, Gerry kien rebah il-fiducja u l-kunfidenza ta’ Mintoff u baqa’ jghinu fil-hidma tal-Partit sa l-ahhar. Wara ftit granet biss li kienu Malta, Gerry hassu hazin fir-residenza ta’ Mintoff u kien ordnat mit-tabib tieghu biex jirritorna lura l-Ingilterra immedjatament biex jinghata medicina specjali. Dak kellu jkun l-ahhar vjagg ta’ Gerry.

Kienet Ann Zammit li gabet l-ahbar tal-mewt tieghu li sehhet il-Hamis, 6 ta’ Lulju. L-ahbar hasdet bil-kbir lill-Partit Laburista u lill-GWU. Hasdet iktar lill-familjari tieghu, li sa dak in-nhar kienu ghadhom ma jafux bil-gravità tal-marda li kellu. Kien Gerry stess li ma xtaqhomx ikunu jafu biex ma jinkwetawx. Ann baqghet Malta matul dak is-sajf alloggjata fir-residenza ta’ Mintoff. Ghal Mintoff, it-telfa ta’ Gerry kienet wahda mill-akbar ghafsiet ta’ qalb li garrab f’hajtu.

Il-mewt ta’ Gerry saret fi zmien meta r-relazzjonijiet bejn il-partit u l-knisja kienu hziena hafna. F’dik is-sena l-ezekuttiv kollu tal-partit inghata l-interdett u Gerry innifsu, skond Ann, kien mhedded bl-istess interdett anke fuq is-sodda tal-mewt. Sa l-ahhar Gerry baqa’ ma cediex il-principji Laburisti tieghu.

Hu kien iddecieda li wara mewtu, gismu jintuza ghar-ricerka medika li ghal dak iz-zmien kienet haga radikali u kontroversjali. Din ir-ricerka damet sejra tmien xhur sa April tas-sena 1962. Ann tirrakkonta li sabuha difficli biex Gerry jindifen kif xieraq f’Malta u ghalhekk ittiehdet decizjoni li jindifen l-Ingilterra.

Bhal James Dean, l-artist li kien jammira u li hadem il-film ‘Rebel without a cause’, Gerry kien karizmatiku u spikka kemm ghax kien bniedem kapaci, kif ukoll ghax kellu hajja qasira. Gerry Zammit ukoll hu simbolu ribelluz li kien ta’ ispirazzjoni ghal hafna nies li gew warajh. Il-memorja ta‘ Gerry Zammit jixraq li tinghata qima minn kull min jghozz il-valuri tal-helsien li ghalihom tant iggieled b’dedikazzjoni.



L-awtur ta’ dan l-artiklu studja il-politika u l-ekonomija Ruskin College, Oxford u qieghed ihejji pubblikazzjoni dwar is-suggett. Min ghandu xi taghrif relevanti, korrispondenza, ritratti jew jixtieq jaqsam testimonjanzi dwar il-hajja tieghu, hu mistieden jaghmel kuntatt ma’ Robert Micallef: “Rowanne”, Triq Mile-End, Hamrun HMR 02 tel: 21344801 email: robertm@euroweb.net.mt


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.