www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Your wars. Our dead
minn Wenzu Mintoff

F’Novembru gejjin fostna diversi rjus inkurunati u isdra ppuppati b’midalji jlellxu ta’ generali dittaturi li hatfu l-poter f’pajjizhom b’xi kolp ta’ stat imdemmi. Malta tifirxilhom it-tapit l-ahmar la l-Gvern ta’ Gonzi jrid hekk. Jekk jew hekk bis-sahha ta’ dawn l-irgejjen, generali u dittaturi, se jkun gew irrangati xi erba’ toroq li jaghtu kollha ghal Ghajn Tuffieha.

Bhalma fi zmien Mussolini t-toroq kienu jaghtu kollha ghal Ruma, it-toroq ta’ Malta kollha jaghtu ghal Ghajn Tuffieha. Il-bhahen ta’ dawn il-gzejjer jifirhu bir-Regina u b’xi triq imsewwija b’rihitha wara tant snin twal ta’ skossi u hofor. Imma il-krema tal-krema Nazzjonalista ghandhom biex jifirhu bil-bosta aktar, b’summit tal-Commonwealth (is-CHOGM) go lukanda li mhux biss ghadha ma nfethitx ghax ghadha qed tinbena, bit-toroq kollha li jwasslu ghaliha qed jigu rrangati.

U bl-ahhar cirasa fuq il-kejk ghal ex-sindku Nazzjonalista Zaren Vassallo u shabu… korsa tal-golf li anqas biss talbu ghaliha. Gralhom bhalma kien gralu Zeppi l-Hafi, li kien inghata l-mahfra minghajr ma kien talab ghaliha, miskin.

‘Your wars. Our dead’, huwa wiehed mis-slogans li ntuza minn dimostranti Gharab u Ewropej f’Sharm-el-Sheik, l-Egittu biex juru l-ghadab taghhom ghall-ahhar stragi terroristika ta’ tmien il-gimgha li ghaddiet.

Bhalma jigri kwazi dejjem, il-vittmi tal-gwerer u tat-terrorizmu jispiccaw ikunu nies innocenti u bla ebda htija. J’Alla Malta ma jmissha qatt l-isfortuna ta’ attentati mdemmija bhal dawn. Imma jrid ikun il-gvern ta’ dan il-pajjiz li jaghmel l-almu tieghu u jbieghed safejn possibli sitwazzjonijiet ta’ periklu jew ta’ provokazzjoni, biex l-ebda grupp terrorista ma jithajjar jaghmel xi wahda minn tieghu hawn Malta.

Il-vapuri militari fil-portijiet taghna, specjalment dawk Amerikani, huma minnhom innifishom provokazzjoni ghat-terrorizmu internazzjonali. Tant hu hekk id-destroyer Amerikan USS Cole li gie attakkat minn suicide bombers fil-Jemen f’Ottubru tas-sena 2000, kien fil-fatt ghadu kif salpa minn Malta.

Is-summit tas-CHOGM ftit li xejn iqanqal interess fl-istampa internazzjonali, ghax huwa ezercizzju fil-paroli vojt u xejn aktar. Però dan ma jfissirx li laqgha ta’ 53 kap ta’ gvern jew stat, hafna minnhom dittaturi u mexxejja ta’ regimi ripressivi ma tistax tqanqal l-interess ta' l-ghedewwa mahlufa taghhom jew ta’ xi grupp terrorista.

Bla dubju ta’ xejn il-forzi tas-sigurtà Maltin se jaghmlu l-almu taghhom u se jqumu ghall-okkazjoni. Madanakollu xorta jibqa’ l-fatt li bhal f’kull hag’ohra, anki fil-kamp tas-sigurtà r-rizorsi ta’ pajjiz zghir bhal taghna, huma dawk li huma. Anki pajjizi ferm akbar minnha huma esposti ghal riskji kbar u qed jingiebu gharkubtejhom, ahseb u ara ahna.

Bhalma jghid il-qawl Malti b’rihet is-sinjura, se tgawdi wkoll is-seftura. Hekk sewwa u xieraq, b’rihet ir-Regina, prim ministri, generali u dittaturi li se jkollha maghha, se jgawdu wkoll tal-Where’s Everbody? (WE?) Ghal serata ta’ anqas minn siegha consortium li tieghu Lou Bondì huwa c-Chairman, se jithallas is-somma sabiha ta’ Lm49,500.

Bejn wiehed u iehor l-istess rata fis-siegha bhalma kienu thallsu ghas-serata li kienet saret fil-Port il-Kbir hekk kif Malta ddahlet fl-Unjoni Ewropea meta tal-Welcome Europe kienu thallsu s-somma konsiderevoli ta’ Lm270,000. Ma nafx kif ezattament se jhossu Peppi Azzopardi jtella’ serata ta’ divertiment ghal dittaturi u ghal generali li tghidx kemm jissemmew fir-rapporti annwali ta’ l-Amnesty International li tant ihobb jikkwota minnhom, bhalma fil-fatt ghamel fl-ahhar programm ta’ Xarabank gimgha ilu. Tghidx kemm inewwah Peppi Azzopardi u jgib lil minn inewwah ghad-destin kiefer ta’ l-immigranti irregolari, biex issa hu u shabu se jispiccaw itellghu cerimonja kollha zfin, muzika u dwal ad unur uhud mid-dittaturi li minhabba t-tmexxija ripressiva taghhom dawn il-klandestini qed ikollhom jaharbu minn pajjizhom biex ifittxu futur ahjar.

Dan huwa biss ezempju iehor ta’ konflitt ta’ interess li ghandhom tal-WE? li ilhom ghal snin twal igawdu monopolju virtwali tal-programmi ta’ grajjiet kurrenti fuq it-television ta’ l-istat u li jghidu li jaghmlu ‘gurnalizmu investigattiv fuq kollox’ u fl-istess hin jiehdu t-tenders tal-Gvern u jaghmlu l-public relations ghall-korporazzjonijiet parastatali.

Tezisti konfuzjoni papali fir-rwoli bejn is-suppost gurnalizmu investigattiv li jghidu li jaghmlu u s-servizzi ta’ public relations/apologisti li jipprovdu lil diversi entitajiet governattivi. Ghalkemm jesigu l-hin kollu ma’ haddiehor li tinghata twegiba ghad-domandi taghhom u jishqu li haddiehor ikun trasparenti u jikxef il-kotba maghhom, dak li jghodd ghal haddiehor bhal donnu ma jghoddx ghalihom ukoll.

Jghidu x’jghidu l-isfida ta’ snin ilu biex jikxfu l-kotba taghhom quddiem kulhadd biex isir maghruf xi dhul ghandhom biex ikun maghruf pubblikament x’introjtu ghandhom minn sorsi governattivi, baqghet ma ntlaqghat qatt.

Ha nkun tajt ezempju iehor fejn rega’ spikka l-pregudizzju taghhom favur il-Partit Nazzjonalista. Ftit tal-gimghat qabel il-Konferenza Generali Laburista li ghadha kif ghaddiet, Peppi Azzopardi stieden lil Karmenu Mifsud Bonnici fuq Xarabank fl-eqqel tal-krucjata li kien qed jaghmel. Biex taparsi jzommu l-bilanc, Bondi±tella’ lil John Dalli, imma mhux fl-eqqel tal-battalja li ghamlu hu u shabu kontra Saliba & Co. Bondì tella’ lil Dalli wara li dan kien iltaqa’ ma’ Gonzi u Bondì kumbinazzjoni sar jaf b’din il-laqgha, u Dalli fil-programm attakka lil Gonzi hsiebu kien biex jippacifika mieghu, forsi jaghtih xi kariga.

wenzumintoff@yahoo.com


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.