www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Il-gideb fil-politika jfisser hmieg!
minn Marie Louise Coleiro

Ma nistax nifhem kif nies li suppost huma adulti u maturi u aktar u aktar li gew fdati mic-cittadini b’responsabbilità, ma jirrealizzawx li l-‘giddieb ghomru qasir’.

Il-konferenza ghall-media li ta din il-gimgha, l-Onor Clyde Puli, Chairman tal-Kumitat Permanenti ghall-Affarijiet Socjali, bi twegiba ghal konferenza ghal media li tajna, ahna r-rapprezentanti ta’ l-Oppozizzjoni fuq dan il-Kumitat, kienet messa in xena shiha biex jghatti l-fatt li fuq decizjoni tieghu qata’ hesrem process ta’ diskussjoni dwar l-uzu tal-Bioteknologija: Teknologija Genetika u Prokreazzjoni Assistita. Dan il-qasam mhux biss huwa qasam mill-aktar serju u sensittiv izda wkoll sal-lum ghal hafna Maltin u Ghawdxin huwa qasam gdid u ftit li xejn huma nfurmati dwaru.

L-Oppozizzjoni Laburista nsistiet f’dan il-Kumitat li wara li smajna l-opinjonijiet ta’ diversi teknici, ricerkaturi, opinjonisiti, rapprezentanti ta’ xi whud mill-NGO’s u nies ohrajn li kellhom xi esperjenza jew ohra diretta, kellna bhala rapprezentanti tal-poplu, niehdu z-zmien mehtieg biex mhux biss niddiskutu fil-Gruppi Parlamentari rispettivi taghna, izda l-abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet u d-dokument li gabar l-istess Onor Puli ta’ l-opinjonijiet li smajna kellu jitqieghed fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rapprezentanti halli jkun accessibbli ghall-media u wkoll ghas-socjetà civili in generali. Riedna u nemmnu li qabel ma nressqu rakkomandazzjonijiet lill-Parlament Malti, inkunu gbarna l-fehmiet ta’ kulhadd biex il-konsiderazzonijiet taghna jkunu mhux biss ricerkati, izda wkoll ikunu jirriflettu l-bzonn li nintroduci kuncetti legali godda, naghtu widen ghall-aspettativi u l-bzonnijiet tan-nies u wkoll ngharfu l-valuri tas-socjetà Maltija u Ghawdxija in generali. X’hemm hazin li Partit responsabbli jinsisti li process ta’ diskussjoni u konsultazzjoni dwar oqsma serji jkun aktar miftuh ghal kulhadd, qabel ma l-Parlament jillegisla.

Hekk fil-fatt ghamlu t-Taljani, meta ttrattaw il-qasam tal-Bioteknologija. Hadu aktar minn zewg legislaturi biex waslu halli jifformolaw il-ligi mehtiega, ghax ghamlu hafna diskussjonijiet twal ma’ assocjazzjonijiet, movimenti u cittadini.

Imma l-Onor Puli, fi twegiba li ta ghall-konferenza tal-media taghna, flok ghogbu jghid il-verità dwar ghaliex ma riedx li jhalli l-perjodu tas-sajf biex il-Gruppi Parlamentari u s-socjetà civili in generali tifli u tgharbel biex tressaq ir-rakkomandazzjonijiet taghha u ghaliex lanqas ma ried jiddiskuti l-proposta li ressaqt jien stess fis-seduta tat-22 ta’ Gunju, 2005, seduta nru 45 biex tigi mhejjija ‘white paper’, biex jiddefendi ruhu, mhux biss ipprova johloq arja ta’ konfrontazzjoni partigjana, izda aghar minn hekk gideb bl-aktar mod sfaccat fuq il-Parlamentari kollegi shabu, meta zeffen bl-aktar mod oxxen u viljakk l-attendenza taghna ghal-laqghat tal-kumitat.

Izda l-giddieb ghomru qasir, u ghomru tkun iqsar meta hemm rekords ufficjali li jaghtu xiehda tal-verità tal-fatti. Tant l-Onor Puli ntilef f’daghdigha partigjana bil-ghan li minghalih jixhet it-tajn, li spicca hawwad sew.

Thawwad sew anke f’numru ta’ laqghat li gew iddedikat ghas-suggett. F’ittra li baghtilna fit-2 ta’ Lulju, 2005, permezz ta’ l-e-mail, qalilna li saru 23 laqgha, waqt il-konferenza ghall- media, kif gie rrapportat li qal mill-gurnali u xi stazzjonijiet televizivi qal li kien hemm 25 laqgha. Ghaliex l-Onor Puli ha zball fin-numru ta’ laqghat?

Imbaghad fid-daghdigha biex ihammeg lil shabu Parlamentari gideb fuq l-attendenza wkoll ghal-laqghat! Mir-rapporti fil-gurnali ta’ diskorsu, li dehru fis-26 ta’ Lulju, 2005, it-Times u n-Nazzjon irrapportaw li jien attendejt hames laqghat biss minn 25 laqgha li l-Onor Puli qal li nzammu u l-Independent qalet li attendejt laqgha wahda biss. Il-bierah l-Independent talbet ir-reazzjoni ta’ l-Onor Puli fuq l-istqarrija li hrigna biex nghidu l-verità dwar il-gideb li qal u gie rrapportat li l-Onor Puli qalilhom li kien zball genwin.

Izda la kellu d-dicenza li jikkoregi tajjeb l-attendenza tieghi u wisq inqas u inqas ma kellu d-dicenza u l-etika li jghid l-istess haga lill-gurnali l-ohra u fuq l-istazzjoni tar-Radju 101 waqt l-analizi tal-gurnali, meta l-gurnata ta’ qabel ghamel frattarija shiha fuq dan.

Il-bierah l-Onor Puli rega’ gideb dwari, ghax qal li jien attendejt disa’ laqghat minn 23. Meta fil-fatt attendejt 12-il laqgha, jigifieri dawk: 17.01.05; 24.01.05; 07.02.05; 14.02.05; 21.02.05; 28.02.05; 07.03.05; 14.03.05; 11.04.05; 20.06.05; 22.06.05 u 11.07.05.

Sadanittant waqt il-laqghat tal-kumitat li nzammu fil-15.11.04 u 15.06.05 kont qed naqdi dmiri fil-Parlament meta tkellimt dwar mozzjoni fuq il-qaghda ekonomika u l-Ligi dwar il-Vjolenza Domestika rispettivament. Ma nahsibx li stajt inkun f’zewg postijiet f’daqqa! Ara meta l-Onor Puli minkejja li kien jiffissa l-laqghat hu minghajr konsulatazzjoni ta’ xejn gieli hassar laqghat ghax ikun impenjat b’xi haga ohra u ma jistax ikun f’zewg postijiet f’daqqa!

Barra minn hekk in-nuqqas ta’ etika min-naha ta’ l-Onor Puli, wasslet ukoll biex ikolli nistqarr hwejjeg personali pubblikament. Ghal perjodu ta’ madwar erba’ gimghat kont impeduta li nattendi l-Parlament u postijiet ohrajn maghluqin fejn ikun hemm in-nies minhabba li kelli ‘viral infection’ f’ghajnejja li kienet tittiehed.

Forsi l-Onor Puli biex jidra ma jigdibx u jhammeg lil shabu, irid li nibdew naghtuh kopja tad-djarju taghna u nibghatulu kopja tac-certifikati tal-mard, bhallikieku konna f’xi klassi ta’ l-iskola.

Lill-Onor Puli nappellalu biex jikber u jifhem li issa qieghed jirrapprezenta lin-nies fl-oghla istituzzjoni tal-pajjiz. Nappellalu wkoll biex jirrealizza li fl-oghla istituzzjoni tal-pajjiz mhux qieghed wahdu, izda hemm 64 ohrajn li gew fdati min-nies. Inheggu wkoll biex jindenja ruhu ma jibqax jimmagina li dak li jghid hu biss tajjeb, izda jekk vera jrid jahdem ghall-gid ta’ pajjizna, jinhtieg jaghraf il-mumenti fejn irid jinsa l-partigjanizmu politiku u joghla ’l fuq biex insibu l-ahjar u l-aqwa mezzi flimkien biex lil dan il-poplu naghtuh kwalità ta’ hajja dinjituza kif jixraqlu.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.