www.l-orizzont.com  
It-Tnejn 8 ta' Frar 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

BOV Premier League:
Sliema W...3 Floriana...0
- Sliema W. jikkundannaw lil Floriana fir-Rel. Pool.....

BOV Premier League:
Msida SJ ...1 Birkirkara...2
- Birkirkara jdawru r-riżultat b’żewġ gowls f’żewġ minuti.....

UEFA Euro 2012:
Żewġ avversarji ġodda għal Malta.....

Schembri ma’ Ferencvaros.....

Il-15-il sena anniversarju mill-ftuħ tal-klabb fil-Mosta:
Alan Kennedy il-mistieden speċjali ta’ Liverpool SC - Malta.....

Tigrijiet taz-zwiemel:
Il-favorit Think Yatzee ma jfallix fl-aqwa finali.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

“Qawwu qalbkom”
minn Ray Mahoney

Min kiteb il-lirika ghall-Innu tal-Partit Laburista kellu vizjoni cara ta’ dak li ried jghid u jwassal. Kien jaf x’messagg ried jaghti lil dawk kollha msehbin f’dan il-moviment, dan il-partit li llum huwa l-akbar partit u l-akbar forza politika f’pajjizna.

Ninghaqad ma’ dawn iz-zewg kelmiet li jifformaw frazi qawwija, serja, ta’ kuragg: "Qawwu qalbkom", intom ilkoll li llum tinsabu mherwla, imtaqqlin u mfixklin. Qawwu qalbkom bhal ma qawwejtuha fis-snin l-imghoddija meta nefhu kontra l-haddiema l-irjieh minn kull angolu u naha. Ghax sa minn tfulitu, sa mit-twaqqif tieghu, il-Partit Laburista sab dejjem it-tfixkil, minn barra u minn gewwa. Sab lil min jaghmillu l-bsaten fir-roti. Sab lil min jikkalunjah. Sab lil min jissanzjonah. Sab lil min jirredikolah, lilu u l-mexxejja tieghu. Sab lil min hadha qatta bla habel kontra tieghu. Sab lil min izebilhu. Sab lil min jimminah. Sab lil min ipprova jkissru, min jipprova jifirdu, min jipprova jaqsmu, min jipprova jisfrattah, min jipprova jaggredixxih.

Tul kemm hi twila l-istorja ta’ dan il-partit, li hu l-unika garanzija ta’ lqugh ghall-haddiema kollha, dejjem sab min iziku. Min jikkundannah. Min jinterdettjah, lilu, lil niesu, lill-mexxejja tieghu, lis-segwaci tieghu. Partit li daq id-dfin fil-mizbliet fi rqajja tac-cimiterju mhollija ghal setturi ohra tas-socjetà, zgur mhux ghal-Laburisti!

Sal-lum xi gazzetti li jissejhu ‘indipendenti’ jew ‘newtrali’ jew x’titoli ohra jaghzlu, huma kor kontra dan il-partit, huma portavuci ta’ ideologiji li zgur li m’humiex purament Laburisti.

U llum meta quddiem is-socjetà taghna hemm daqstant problemi li qed ikissru familji shah, quddiem suq mifqugh bid-droga, quddiem qghad kostantament ihuf mat-tmint elef, quddiem l-istragi fil-qasam tas-sahha, dizastru fit-turizmu, tweghir fl-oqsma ta’ l-impjiegi, allarm f’intraprizi Maltin u theddid ta’ dikjarar ta’ fallimenti, quddiem tkeccija ta’ haddiema, quddiem dan kollu qawwu qalbkom ghax huwa l-Partit Laburista biss li hu kapaci u jista’ jilqa’ ghal dan kollu u jkun hu li jsostni u jqawwi u jsahhah. Hadd aktar.

U dan ghax hemm ghaqda, hemm fuzjoni ta’ ideat, ta’ djalogu, ta’ mpenn veritier favur il-kawza tal-haddiema. Halluha l-qalb titqawwa. Ara biss tiddghajfu. Mhux issa u la qatt!



“Seddqu talbkom”

Ghax nemmnu, ghax ghandna l-fidi u d-dehen, ghax ma nwarrbux dak li hu ’l fuq minna, ahna nistqarru tamitna, id-din taghna, twemminna. Ghax min kien responsabbli ghall-kliem ta’ dan l-innu, li sal-lum ghadu jgammar lil kull qalb Laburista, kien ta’ stoffa soda, ta’ twemmin Nisrani wkoll, izda ta’ vizjoni, ta’ dedikazzjoni lejn dak kollu li jmiss mal-haddiema. U ghalhekk esklama: “Seddqu Talbkom”, jigifieri qawwu mhux biss qalbkom izda qawwu u sahhu t-talbkom.

Attwawh it-talb taghkom, qieghduh fil-prattika, emmnuh dak li qed tghidu, staqsu u itolbu b’konvinzjoni u b’determinazzjoni u b’fidi, b’tama, b’imhabba.

B’qalb qawwwija u talb imseddaq flimkien mal-hidma taghna, mal-propagazzjoni tal-messagg taghna, flimkien mal-mexxejja tal-Partit Laburista, naslu ghall-pass li jkun imiss, pass li jholl u jorbot il-gejjieni u d-destin ta’ dawn il-gzejjer. Il-Partit Laburista mhux partit tal-brimb u l-ghanqbut ta’ zmien zemzem. Huwa progressiv, altruwista, dinamiku. Jaf sew x’qed jaghmel u hu biss jaghzel x’agenda jimxi fuqha u jmexxi. Hadd m’ghandu jiddetta lil dan il-moviment dwar xiex ghandu jitkellem jew jagixxi. Dan l-akbar partit f’pajjizna jaf jaghraf bejn l-imtiehen tar-rih u l-gganti, jaf jaghraf bejn fatti u holm.

Is-sahha tremenda ta’ dan il-partit qieghda f’niesu, f’dawk kollha ta’ rieda tajba li jridu akkost ta‘ kollox imexxu ’l quddiem l-ghajta tal-haddiema llum: “Aghtuna x-xoghol li weghdtuna; aghtuna l-hidma li ggarantixxejtulna. Aghtuna s-serhan il-mohh li webbiltuna bih. Aghtuna finanzi fis-sod kif ghedtulna. Aghtuna ekonomija soda. Aghtuna lantijiet u mkejjen u postijiet tax-xoghol biex indawru r-rota. Aghtuna l-btajjel li huma taghna. Aghtuna l-kundizzjonijiet tax-xoghol li ggilidna ghalihom tul dawn is-snin kollha. Aghtuna fabbriki u azjendi u intraprizi u opportunitajiet ta xoghol. Aghtuna espressjoni hielsa u tilaghbux aktar bina. Aghtuna skemi ta’ edukazzjoni, tahrig u skejjel tas-snajja bhal qabel. Aghtuna serhan il-mohh dwar sahhitna u l-kura b’xejn li dejjem iggarantixxa kull Gvern Laburista, wiehed wara l-iehor. Aghtuna l-opportunità li nsibu fejn nghixu, fejn nghammru biex nistghu nizzewgu. Aghtuna pensjoni xierqa u l-ghajnuniet socjali kollha li dejjem gawdejna taht Gvernijiet Laburisti.”

Dik hi t-talba mseddqa tal-lum. Thallux min idawrilkom wicckom lejn nahat ohra ta’ inqas jew bla importanza. La taljenawx ruhkom. La tfettqux, tippikawx. Tafu x’ghandkom bzonn. Tafu lil min ghandkom bzonn u tafu wkoll mnejn dejjem giet il-kelma li sehhet fis-sew, bla ngann u bla kantunieri. Seddqu talbkom. U nghaddu ghall-pass l-iehor li jkun imiss.



“Taghna r-rebha fl-ahhar tkun”

Ghax jekk inkunu seddaqna talbna u qawwejna qalbna, jekk inkunu hdimna u stinkajna u batejna u nfarfru minn fuqna l-kliem fieragh u l-pregudizzji u t-tjun li jintefghu u ma naghtux kas ta’ min iridna ninfixlu, kif ma jfiggx il-vers l-iehor tal-liricista li kkompona dawn il-kliem ghall-Innu Laburista? Jipprovaw, kif dejjem ghamlu, jizvijawna biex nitkellmu dwar affarijiet li m’humiex ta’ sustanza ghall-poplu Malti jew ghax huma irrelevanti, jew ghax digà jaqbel maghhom kulhadd jew ghax huma “acqua passata”.

Thalltux haga ma’ ohra. Gharfu aghzlu l-qamh mis-sikrana, argument minn iehor, sustanza minn ohra, teorija minn ohra. Taqghux f’nases li facli jistghu jigu evitati. Ahsbu fil-fibra u l-principji sodi u qawwijin tal-pijunier tal-Moviment Laburista. Ftakru fil-mod kompatt, maghqud u b’sahhtu li dejjem bih imxejna. Il-mod li bih fdajna fil-Mexxej Laburista, fit-tmexxija Laburista. Ahdmu bl-ghaqal u d-dehen tal-mohh u mhux bil-girja appasjonata tal-qalb biss.

Ifhmu x’qed jipproponi l-Partit Laburista. Xtarru x’qed jghid. Ahsbu fuq x’qed iwieghed biex infiequ. Araw xi tliftu f’dawn is-snin kollha.

Thallux argumenti banali jistordukom. Thallux ‘issues’ bla sens jehdulkom raskom. Tahlux hin. Inghaqdu qaqocca, spalla wahda, ponn wiehed, sider wiehed Laburista! Partit Laburista wiehed.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Faqar
·  Wara l-prosit l-ajma
·  Dun Mikiel Azzopardi
1910 – 10 ta’ Frar – 2010


IT-TEMP - 8/2/2010
Rapport tat-Temp:  Ftit imsahhab b'waqtiet sbieh jew xemxin
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-ogħla: 15°C
L-inqas: 09°C

Indiċi UV:  2
Riħ:  Ftit qawwi ghal qawwi mill-Majjistral li jsir moderat mill-Punent sa filghaxija
Baħar:  Qawwi li jsir moderat ghal ftit qawwi
Temperatura tal-baħar:  16°C
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.