Ghalfejn twaqqaf il-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Ilsien Malti?
Kien ilu jinhass il-bzonn li jkun hemm organizzazzjoni li tikkoordina l-hafna xoghol li jsir favur il-lingwa Maltija u taghtih direzzjoni skond pjan miftiehem li jgib il-lingwa Maltija ’l quddiem, jew kif insejhulu - politika lingwistika. Irridu nizguraw li l-Malti jkun prezenti u jidher kull fejn jixraqlu bhala l-ilsien nazzjonali ta’ dawn il-gzejjer, u fl-istess hin li jkun imhaddem tajjeb kullimkien, mil-letteratura sa fl-inqas fuljett li johrog, sa f’kull avviz li naraw madwarna.
Kien hemm il-bzonn li l-Malti jigi kkurat ghax f’kull pajjiz zviluppat il-lingwa - bhal kull qasam iehor - hija kkurata permezz ta’ Ligi tal-Lingwa u Kunsill li jippromwovi l-lingwa ta’ kuljum. Anke hafna mill-pajjizi li dahlu maghna fl-Unjoni Ewropea, digà ghandhom kunsill nazzjonali tal-lingwa. Ohrajn ghadhom qeghdin joholquh. Ahna la ahna minn ta’ l-ahhar u lanqas minn ta’ l-ewwel.
X’jigifieri meta tghid “tikkura” lil-lingwa?
Zgur m’hix l-idea li ticcensura jew timponi fuq in-nies kif jitkellmu jew kif juzaw il-lingwa. L-idea hija li l-lingwa toholqilha l-ambjent xieraq biex tizviluppa waqt li thalliha tikber b’mod naturali. Taghtiha wkoll l-istandards lingwistici billi turi liema huma l-uzi tajbin tal-lingwa. Sewwasew kif taghmel lil sigra: is-sigra tikber b’mod naturali, imma jekk ma taghmilx xita trid issaqqiha, u kultant tizborha biex taghti iktar frott.
Huwa fatt, u dan jixhduh hafna ittri li jinkitbu fil-gazzetti, li l-Maltin l-lingwa taghhom ihobbuha u jixtiequ li jkun hemm xi awtorità serja li tiehu hsiebha bis-serjetà. U hemm l-isfidi godda. Ghal hafna sekli l-Malti kien lingwa mitkellma biss ghax il-lingwa barranija kienet ufficjali fil-pajjiz. Meta l-Malti sar ilsien ufficjali kellu jidhol fil-Ligi u fl-amministrazzjoni pubblika, u allura kellu bzonn jizviluppa l-vokabolarju tieghu ghal dawn l-oqsma godda.
Illum ghandna sfida ohra: dik li l-Malti jkompli jikber biex ikabbar it-terminologija f’tant setturi tal-hajja bhala lsien uf-ficjali fl-Unjoni Ewropea. Dan kollu jitlob minna li nkunu organizzati. Ghalhekk twaqqaf il-Kunsill Nazzjonali.
Kemm tahseb li l-poplu Malti jippreferi l-lingwa Maltija biex jaqra?
Huwa fatt li l-poplu Malti m‘hux fost l-aktar li jaqraw, bhalma hu fatt li b’xorti hazina bosta draw jassocjaw l-edukazzjoni nnifisha ma’ l-Ingliz biss. Imma l-pubblikazzjonijiet Maltin qeghdin jizdiedu, mhux jonqsu, u l-kwalità taghhom - kemm fis-sustanza u kemm fil-prezentazzjoni - qieghda titjieb.
Imma wiehed irid jaghti kaz mhux biss ta’ dik li hi letteratura imma anke f’sens wiesa’ ta’ kulma jinkiteb bil-Malti. Il-Malti jrid ikun prezenti u fil-fatt qieghed isir dejjem aktar prezenti. Ghal hafna snin, nghidu ahna, il-banek taghna ma kinux joffru s-servizz taghhom bil-Malti. Illum joffruh. Anke l-avvizi li naraw fit-toroq, inkluz il-billboards, ma konniex narawhom bil-Malt kif narawhom illum.
Jigifieri l-Kumitat se jaghti kaz ta’ dawn l-affarijiet ukoll u mhux biss tal-Malti kif jintuza fil-lingwa u l-letteratura?
Iva, se jaghti kaz tal-lingwa fl-oqsma kollha taghha. Ghax il-lingwa mhix tal-lingwisti jew tal-kittieba biss: hija ta’ kull min juzaha, jigifieri tal-Maltin kollha. Wahda mill-affarijiet li rridu naghtu hafna kaz taghha, per ezempju, hija proprju din: is-sinjali madwarna.
Dan l-ahhar kellna lill-Prof. Strubell, kelliem mill-Katalunja, u qalilna li meta nizel l-ajruport hasdu l-fatt li ra l-isem “Malta International Airport”: kien jistenna li tkun bil-Malti wkoll. Qalilna li seta’ jifhem li kieku l-frazi kienet bil-Malti biss - l-ewwel lingwa ta’ Malta - imma ma jippretendix li tkun bl-Ingliz biss ghax dan jghaddi mill-ewwel messagg negattiv fuq kif qeghdin nipprezentaw l-identità taghna. Il-Malti hu l-ewwel lingwa ta’ Malta u jrid ikun dejjem prezenti. Ma jridx ikun il-lingwa tal-Kostituzzjoni biss.
Jinkwetak il-fatt li hafna Maltin jitkellmu bl-Ingliz u mhux bil-Malti?
Dazgur li jinkwetani, ghax hija haga stabbilita f’kull pajjiz li l-ewwel lingwa li titghallem u li tuza hija l-lingwa naturali tieghek, fil-kaz taghna l-lingwa Maltija.
Fl-imghoddi l-Malti kien meqjus bhala “l-ilsien tal-kcina” ghal hafna snin. U dan l-isem kien iweggaghna. Imma llum ghandna periklu li ghandna numru ta’ zghazagh li qeghdin jitrawmu b’lingwa barranija biss u l-Malti jistudjawh biss biex jaghmlu l-Matrikola u biex juzawh fl-affarijiet ufficjali. Imma ma juzawhx meta jitkellmu bejniethom fil-hajja ta’ kuljum. Fi kliem iehor, “fil-kcina” ma jitkellmux bil-Malti.
Jiena nghid j’alla l-Malti jkun ukoll il-lingwa tal-kcina. Mhux bizzejjed li qieghed fil-Matrikola, fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika u fl-Unjoni Ewropea. Irridu nghozzuh tassew f’qalbna bhala l-ilsien li jaghmilna tassew Maltin u nuzawh fit-toroq, fil-hwienet, fuq ix-xoghol u fid-djar taghna. Hemm tinsab l-ewwel sahha tieghu.
Tahseb li l-mezzi tax-xandir jinfluwenzaw il-mod kif jinkiteb jew jigi mitkellem il-Malti?
Ahna nghidu li l-lingwa jaghmilha l-poplu, u sa hemm m‘hemm xejn hazin. Imma llum aktar mill-poplu qieghda taghmilha l-media, daqqiet tajjeb u daqqiet hazin. In-nies jisimghu u mal-messagg jixorbu l-lingwa. Mill-gazzetti li jaqraw, mir-radjijiet miftuhin fil-garaxxijiet jew fuq il-post tax-xoghol. Ghalhekk huwa importanti hafna li n-nies tal-media jkunu mhejjijin tajjeb. Fl-istess hin dejjem insistejt li jrid ikollna rispett kbir lejn in-nies tal-media ghax dawn huma agenti ewlenin biex l-ilsien Malta jimxi ‘l quddiem u l-ewwel sfidi ta’ zvilupp jaffaccjawhom huma.
Kif tiddeskrivi l-livell tal-Malti fil-mezzi tax-xandir?
Difficli taghti gudizzju wiehed, ghax hemm bosta xandara li juzaw il-Malti b’hila u b’attenzjoni kbira, waqt li ma jonqsux dawk li qeghdin jherrulu sahhtu ta’ kuljum u bla inkwiet ta’ xejn.
Fl-istess hin, irridu niftakru li xandar ta’ sikwit ikollu johloq kelma jew frazi, mod kif jesprimi ruhu, f’hakka t’ghajn, mhux bhal awtur li jista’ jikteb bil-kalma u meta jrid iwarrab ix-xoghol tieghu u jerga’ jikkoregih u jorqmu. Ma nistax nikkritika lin-nies tal-media bil-kriterji tal-kitba letterarja, kif gieli jsir, ghax is-sitwazzjoni tax-xoghol mhix l-istess.
Veru li permezz tal-media dahlu fil-Malti kliem u espressjonijiet li stajna sibnielu alternattiva ahjar. Imma f’xi kazi ma nkunux realistici jekk nipprovaw innehhu certu kliem li issa dahal u qieghed fuq fomm kulhadd.
Il-gurnalist u x-xandar ghandhom habta jkunu l-mira tal-kritika ta’ kulhadd. Jien nghid li qabel ma tghinu bniedem ma tistax tikkundannah. Il-gurnalist kien qieghed isib twegiba pronta u ghajnuna lesta ghad-diffikultajiet tieghu? Jien nemmen li le. Kien hemm nies li pprovaw jghinu, imma ma konniex effettivi ghax ma konniex organizzati bizzejjed. Ghalhekk kien mehtieg il-Kunsill Nazzjonali, li se jkollu kumitat apposta, attent ghall-uzu tal-Malti fil-media u lest biex iwiezen lill-gurnalisti fix-xoghol tqil taghhom.
Kif tahseb li ghandu jinkiteb il-kliem li jkun gej mill-Ingliz?
L-ewwelnett regola ufficjali tezisti, u din tghid li ladarba ghandna l-ortografija taghna, hemm mod kif dan jinkiteb. Nemmen, u din hija r-regola, li kull kelma li dahlet minn lingwa barranija u hija mehtiega verament fil-lingwa taghna ghandha tinkiteb “la Maltija” u mhux bl-Ingliz fil-virgoletti (“inverted commas”) jew korsiv (“italics”).
La l-lingwa Maltija ghandha sistema kif tikteb il-hsejjes taghha, mhux sewwa li kull erba’ kelmiet ikollok kelma li ma timxix mar-regola, jigifieri miktuba la Ingliza, ghax b’dan il-mod inkunu qisna qeghdin nghidu li biex tkun taf il-Malti trid tkun taf bl-Ingliz bilfors.
Per ezempju l-kelma “football” dahlet fil-lingwa taghna u m’ghandniex kelma ohra ghaliha. Ma nghidux il-“ballun tas-sieq” jew xi haga hekk. Qatt m’ghednieha u mhux se nghiduha. Illum dik hi l-kelma Maltija u ghalhekk ghandna niktbuha futbol.
Ghaliex, biex naghti ezempju iehor, il-kelma televixin ghandi nibqa’ niktibha bl-Ingliz meta din dahlet fil-lingwa Maltija? Li kieku kienu ftit il-kelmiet li gejjin minn lingwa barranija, allura forsi stajna nhalluhom fil-virgoletti bhalma kien jigri fl-imghoddi. Imma meta beda diehel hafna kliem ma setax jibqa’ jsir hekk. Barra minn hekk, irridu nqisu haga ohra. Jekk, per ezempju, ha nikteb il-kelma “strike” bl-Ingliz, kif ha nikteb imbaghad il-kelma “jistrajkjaw”? Zgur mhux se niktibha “nistrikejaw”! Allura awtomatikament din tiddettali li niktibha “la Maltija”.
U ghaliex dan il-biza’ kollu biex niktbu “la Maltija”? Taf li l-Olandiz, nghidu ahna, li dahhal hafna kliem mill-Ingliz, jikteb il-kliem kollu “la Olandiza” u ma jibqax jirrispetta l-ortografija ta’ l-Ingliz?
Kif thares lejn il-fatt li fil-Malti diehel daqstant kliem barrani?
Dan il-fatt jinkwetani u ma jinkwetanix. Ma jinkwetanix ghax lingwa biex tikber trid “tiekol”. Bhall-bniedem. Ahna ma niklux minna nfusna imma nieklu xi haga barra minna, li ssir parti mill-organizmu taghna. U b’hekk nikbru. L-istess il-lingwa – tissellef kliem u taghmlu parti minnha. Li l-Malti jissellef kliem minn lingwa ohra m’ghandhiex tinkwetani, ghax b’hekk il-Malti qieghed jibqa’ lingwa hajja adattata ghal socjetà tat-tielet millennju.
Imma li tikber billi tissellef biss, dik tinkwetani ftit. Il-Malti kapaci jikber minnu nnifsu. Darba, per ezempju, waqt programm li naghmel fuq ir-radju kien hemm mara li qaltli li xtaqet kelma Maltija ghal “rabbitry“, jigifieri post fejn jitrabbew il-fniek fuq livell kummercjali. Issa l-bidwi taghna kien ikollu ftit fniek u dawn kienu jinzammu f’xi gallinar u ghalhekk ma kellniex kelma ghal “rabbitry”. Jiena ssuggerejtilha l-kelma “fenkerija”. Mahruga mill-kelma “fenek” u mizjuda mas-suffiss “erija” li tfisser post bhal fil-kliem “birrerija”, “pastizzerija” u “librerija”. Tghidli kemm se jaccettaha l-Malti? Jien nghid: allura l-Malti kif accetta, anzi wahdu holoq, “fenkata”? Ghax hemm ukoll il-Malti ha l-kelma “fenek” u ghaqqadha mas-suffiss Taljan “ata”.
Il-Malti jista’ jkun kreattiv. Mhux bilfors noqoghdu b’idejna fuq zaqqna nistennew il-kliem Ingliz jaqa’ f’halqna u niktbuh “la Maltija”. Il-kreattività tal-lingwa imissna nahdmu aktar fuqha. U jien behsiebni nintefa’ hafna fuq dan il-qasam. Meta dahlet il-karta li tikkopja d-dokumenti biha, dik li l-Inglizi jsejhulha “carbon paper”, il-Maltin sejhulha “karta sahhara”. U ghandna hafna frazijiet ohrajn li dahlu u sara bicca wahda mil-lingwa Maltija.
Guzè Aquilina, il-lingwista maghruf li kien ukoll Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università, darba ntalab minn gurnalist biex isiblu kelma Maltija ghall-kelma “crossword” peress li kien se jdahhal din il-loghba f’gazzetta. Il-Professur Aquilina holoq il-kelma “tisliba” ghax fil-“crossword” tkun qieghed issallab il-kliem. In-nies fehmuha u uzawha. Kieku llum m’ghandniex kelma ghaliha u aktarx niktbu “kroswerd”.
Jien mhux qieghed nghid li m’ghandniex nissellfu, imma li tissellef biss mhux tajjeb. Anke l-kreattività fit-tifsir irridu nizviluppaw. Qatt osservajna li fl-Ingliz, meta beda l-kompjuter, dik l-ghodda li nuzaw f’idejna sejhulha “mouse”. Ara l-Ingliz kemm hu kreattiv: hares lejn il-haga, raha li qisha gurdien u taha dik il-kelma. Hekk ukoll ghamel fi kliem iehor bhal “shuttle” (mekkuk) ghal vettura spazjali.
|