|
Madwar 67 fil-mija tal-poplu Malti jemmen li s-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjizna mhix se tirpilja, waqt li 65 fil-mija jemmnu li lanqas il-qasam tax-xoghol m’huwa se jitjieb.
Dawn ix-xejriet hargu minn stharrig li se jigi ppublikat mill-Eurobarometer, l-agenzija ta’ l-istatistika ta‘ l-UE, fil-jiem li gejjin. L-istudju sar f’Ottubru li ghadda fost il-Maltin li ghandhom aktar minn 15-il sena.
Il-figuri ta’ l-Unjoni Ewropea juru wkoll kif aktar Maltin qeghdin iqisu l-immigrazzjoni bhala kwistjoni ewlenija ta’ pajjizna. Il-Maltin jghidu wkoll li l-inqas li jafdaw huma lill-partiti politici. Fl-istess waqt, dawk favur il-Kostituzzjoni Ewropea nizlu minn 70 fil-mija ghal 56 fil-mija.
Ekonomija u Impjiegi
L-istatistika turi kif 46 fil-mija tal-Maltin iqisu li s-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjizna se tmur ghall-aghar fi zmien 12-il xahar, waqt li 21 fil-mija jemmnu li s-sitwazzjoni se tibqa’ kif inhi. 20 fil-mija biss jemmnu li s-sitwazzjoni se tmur ghall-ahjar. Il-kumplament, 14 fil-mija, qalu li ma jafux.
Dwar il-qasam ta’ l-impjiegi, 47 fil-mija jemmnu li s-sitwazzjoni se tmur ghall-aghar u 18 fil-mija ohrajn qalu li din se tibqa’ l-istess. Kien hemm 23 fil-mija li qalu li s-sitwazzjoni tax-xoghol se tmur ghall-ahjar waqt li 12 fil-mija qalu li ma jafux x’se jigri.
Izda minkejja li hemm madwar zewg terzi tal-popolazzjoni li temmen li l-ekonomija u l-impjiegi f’pajjizna se jmorru lura jew jibqghu fejn huma, 72 fil-mija qalu li fi zmien sena se jirnexxielhom izommu l-livell t’ghixien li ghandhom bhalissa (38 fil-mija), jew sahansitra anke jtejbuh (34 fil-mija).
Hawnhekk, 34 fil-mija qalu li l-livell t’ghixien taghhom se jmur ghall-ahjar. 54 fil-mija jemmnu li l-qaghda finanzjarja fid-djar li jghixu fihom se tibqa’ l-istess. Imbaghad kien hemm 18 fil-mija li qalu li se tmur ghall-aghar, waqt li 19 fil-mija sostnew li l-qaghda se titjieb. Il-figuri tal-Eurobarometer juru wkoll li 43 fil-mija jemmnu li matul il-hames snin li ghaddew marru ghall-ahjar. 29 fil-mija hasbu li s-sitwazzjoni baqghet l-istess waqt li 26 fil-mija qalu li hajjithom marret aghar.
Ghall-hames snin li gejjin, 42 fil-mija qalu li s-sitwazzjoni personali taghhom se titjieb, waqt li 38 fil-mija bassru li se tibqa’ l-istess. Kien hemm 16 fil-mija li qalu li fil-hames snin li gejjin se jmorru ghall-aghar.
Tispikka l-immigrazzjoni
Is-sitwazzjoni ekonomika hija l-aktar kwistjoni importanti li ghandu l-pajjiz, jghidu 46 fil-mija tal-poplu Malti. Fit-tieni post hemm il-qghad (42 fil-mija), waqt li t-tielet l-aktar kwistjoni meqjusa importanti hija l-gholi tal-hajja.
Wara z-zieda fl-ghadd ta’ immigranti irregolari f’pajjizna matul is-sajf 2004, l-istudju fost il-Maltin sab li l-immigrazzjoni qieghda titqies bhala kwistjoni ferm aktar importanti. Fl-istudju ta‘ l-Eurobarometer li sar fir-Rebbiegha 2004, kienu biss 2 fil-mija li qiesu l-immigrazzjoni bhala l-aktar kwistjoni importanti.
F’dan l-istudju li sar f’Ottubru li ghadda, din il-figura telghet ghal 19 fil-mija, biex b’hekk l-immigrazzjoni telghet ghar-raba‘ post fil-lista ta’ l-aktar kwistjonijiet importanti li qeghdin jaffaccjaw il-gzejjer Maltin.
Il-partiti l-inqas fdati
L-istharrig staqsa lill-Maltin lil min jafdaw u lil min ma jafdawx. L-inqas fdati huma l-partiti politici. 55 fil-mija tal-Maltin qalu li ma jafdawhomx.
L-istampa hija t-tieni l-inqas fdata ghax 54 fil-mija qalu li ma jafdawhiex. 53 fil-mija qalu li ma jafdawx lis-sistema tal-gustizzja u dik legali. L-ghaqdiet tal-karità u dawk volontarji huma l-aktar li jirbhu l-fiducja tal-Maltin. 84 fil-mija ta’ dawk intervistati qalu li jafdawhom.
Fit-tieni u t-tielet post hemm l-armata (73 fil-mija) u l-pulizija (71 fil-mija). L-ghaqdiet religjuzi jgawdu l-fiducja ta’ 68 fil-mija tal-Maltin. Il-Gvern Malti jinsab fin-nofs, b’46 jghidu li jafdawh, 39 jghidu li ma jafdawhx u 15 fil-mija jghidu li ma jafux.
Jonqos l-appogg ghall-Kostituzzjoni Ewropea
Waqt li fir-Rebbiegha ta’ l-2003, kien hemm 70 fil-mija tal-Maltin favur li l-Unjoni Ewropea jkollha l-Kostituzzjoni taghha, f’dan l-istudju hareg li dan l-appogg issa nizel ghal 56 fil-mija.
Dan huwa ferm inqas mill-figura ghac-cittadini kollha ta’ l-Unjoni Ewropea, fejn hemm 68 fil-mija li jappogjawha. Hemm imbaghad 24 fil-mija li qalu li dwar din il-kostituzzjoni ghadhom ma jafux kif jahsbuha.
Ir-rapport ta‘ l-Eurobarometer jikkummenta li l-fatt li l-Partit Laburista ghadu ma hax pozizzjoni dwar il-kostituzzjoni jista’ jkun wahda mir-ragunijiet li qeghdin iwasslu biex il-Maltin jibqghu indecizi dwarha. Izda jghid ukoll li d-decizjoni tal-Gvern li ma jaghmilx referendum dwarha, wasslet biex l-interess tal-pubbliku fuq il-kostituzzjoni jkompli jonqos.
L-istharrig jistaqsi wkoll dwar kif jahsbuha l-Maltin dwar is-shubija fl-Unjoni Ewropea. Ir-rapport ta’ l-istharrig jghid li dawk li huma favur is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea nizlu ghal 45 fil-mija. Izda minflok zdiedu dawk li jemmnu li s-shubija kienet xi haga negattiva, zdiedu dawk li jqisu li din l-Unjoni Ewropea mhix se thalli effett fuq Malta.
It-tieni l-inqas favur l-Euro
46 fil-mija tal-Maltin qalu li ma jaqblux mal-munita komuni Ewropea, l-Euro, waqt li 15 fil-mija qalu li ghadhom m’humiex certi dwarha. Dan ifisser li Malta hija t-tieni l-aktar pajjiz fejn hemm oppozizzjoni ghall-Euro, kif ukoll l-aktar pajjiz li fih hemm persuni li ghadhom m’humiex certi dwarha.
Il-Maltin huma wkoll l-aktar pajjiz fost il-25 stati membri li ma jaqblux li l-Unjoni Ewropea jkollha l-Armata taghha, r-‘Rapid Reaction Force’.
|