Il-Mexxej tal-Partit Laburista Dr Alfred Sant qal li issa l-poplu Malti u Ghawdxi xeba’ jigi ngannat u huwa proprju ghal din ir-raguni li nhasset il-htiega tal-protesta nazzjonali fuq il-Fosos tal-Floriana.
Fil-fatt, il-bierah l-ghadab tal-poplu spikka b’mod mill-aktar car, hekk kif eluf ta’ Maltin minn kull rokna ta’ pajjizna wiegbu ghas-sejha tal-Partit Laburista u telghu bi hgarhom lejn il-Fosos tal-Floriana biex iwasslu messagg car lill-Gvern, li l-pajjiz ghandu bzonn bidla radikali fit-tmexxija tieghu.
Din il-protesta, li fiha hadu sehem eluf ta’ zghazagh, haddiema, nies bla xo-ghol, nisa tad-dar u anke anzjani, bdiet b’car cade minn quddiem ic-Centru Laburista fil-Hamrun u kompliet b’marc ta’ solidarjetà li beda minn Misrah il-Helsien, il-Belt Valletta. Fuq quddiem imxew il-Brigata Laburista, il-banda tal-Partit Laburista, l-ghaqda Pulse u l-Forum Zghazagh Laburisti lejn il-Fosos, minn fejn l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista ndirizzat lill-folla prezenti.
Dr Sant beda d-diskors tieghu bil-weghdiet li l-Partit Nazzjonalista kien qal li se jwettaq. Fl-1998, il-Partit Nazzjonalista kien qal li x-xoghol se jerga’ jibda jfittex in-nies, u ghalhekk min jiflah jahdem, se jsib fejn jahdem. Fil-kampanja ta’ l-elezzjoni ta’ l-2003, kien intqal li se jintemm il-biza’ tal-qghad, li l-investiment se johloq ix-xoghol, li n-nies se jahdmu u jghixu b’mohhhom mistrieh, li l-ekonomija se tkun wahda sostenibbli, li se jkun hawn finanzi fis-sod, li se jkun hawn futur zgur ghall-bdiewa u r-rahhala u li l-kummerc se jkabbar il-manifattura u t-talba ghal servizzi godda.
Izda l-fatti huma, zied jghid Alfred Sant, li f’Mejju tas-sena 2003, kien hawn 7,321 jirregistraw ghax-xoghol, f’Dicembru 2003, kien hawn 8,175 persuna jirregistraw ghax-xoghol u f’Dicembru tas-sena li ghaddiet, dawn ammontaw ghal 8,103 persuna. F’Ghawdex biss, f’Mejju tas-sena 2003, kien hemm 543 nies qeghda, f’Dicembru ta’ l-istess sena, dawn zdiedu ghal 619 persuna u f’Dicembru tas-sena li ghaddiet, kienu jammontaw ghal 720 persuna.
F’dawk li huma sensji, matul is-sena 2003, inghataw 2,610 sensji u matul is-sena li ghaddiet, inghataw 2,460 sensja. Dan ifisser li fl-ahhar snin, kien hemm medja ta’ seba’ sensji kuljum. Fil-qasam tat-turizmu, zied jghid il-Mexxej Laburista, l-istampa hija wkoll wahda mwieghra. Meta fi zmien Gvern Laburista bejn is-snin 1996 u 1998, it-turisti kienu zdiedu bi 13 fil-mija, izda sas-sena 2003, dawn naqsu b’7 fil-mija. L-istess sehh fid-dhul mit-turizmu, meta fi zmien Gvern Laburista id-dhul minn dan il-qasam kien zdied bi 12 fil-mija, bejn l-1999 u l-2003, id-dhul naqas b’4 fil-mija.
F’dawk li huma lukandi, matul is-sena 2003, kien hawn 166 lukanda f’pajjizna, is-sena l-ohra kien hawn 164 u sa din is-sena l-ammont huwa ta’ 151 lukanda. Dan ifisser li f’temp ta’ seba’ snin, in-numru ta’ lukandi f’pajjizna naqsu b’31 lukanda, qal Alfred Sant.
Il-Mexxej Laburista qal li l-Prim Ministru Gonzi jista’ jibqa’ jghid kemm irid li f’pajjizna ma hawnx krizi, izda l-fatti juru li l-krizi veru tezisti. Zied jghid li n-Nazzjonalisti ghandhom daharhom mal-hajt u saru fabbrika tal-gideb imma llum, il-poplu qieghed jinduna b’dan il-gideb u lill-Gvern Nazzjonalista qieghed iwassallu messagg li mhux se jidhaq bil-poplu izjed. Qal li l-Partit Laburista ghandu r-rieda, il-hegga u d-dedikazzjoni li jkun qrib il-poplu u meta jaghmel dan, qieghed jaghraf kemm it-tmexxija hazina ta’ dan il-Gvern qieghda taffetwa l-hajja tac-cittadini Maltin.
Huwa semma’ l-haddiema ta’ l-Air Malta, li qeghdin jitnaqqrulhom il-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom, is-suldati Ghawdxin li qeghdin isofru minn tnaqqis sostanzjali fid-dhul taghhom u anke haddiema li kien jahdmu ma’ l-MDC. Semma’ wkoll lill-haddiema tat-Tarnza u qal li dawn qeghdin ikunu manipulati. Izda l-Partit Laburista jemmen bis-shih fil-haddiema tat-Tarzna u jemmen li ghad tista’ terga’ issir l-ahjar fil-Mediterran.
|