l-orizzont ha l-inizjattiva biex jiehu kumment qasir minghand iz-zewg deputati li qablu fl-ideal, li jirreciprokaw ftit minn dak li hadu minghand l-iskola fejn ghamlu wkoll appell biex l-ex studenti shabhom jattendu ghal din l-attività.
“Jiena ex-student tal-Liceo Mikel Anton Vassalli, li attendejt bejn l-1983 u l-1987. Kienu l-isbah snin ta’ hajti.
“Il-fatt li b’permezz tal-Liceo, ilhaqt l-ghanijiet tieghi, dan se jkun gest tajjeb li nirreciproka ftit mill-hafna taghlim u l-edukazzjoni li hadt.
“Din hija inizjattiva sabiha fejn l-organizzaturi ta’ din id-duathlon avvicinaw lili u lil David Agius, zewg membri parlamentari, biex naghmlu din l-event u b’hekk inkunu qed nghinu kawza gusta.
“L-iskop huwa li wara li mill-iskola morna l-Parlament, issa sejrin mill-Parlament ghall-iskola.
“Sodisfatt li se nkun involut minhabba li l-iskola fejn kont nattendi ggibli certu nostalgija, fejn iltqajt ukoll ma’ l-ex ghalliem u assistent direttur, is-Sur Ronnie Attard. Nispera li niltaqa’ wkoll ma’ l-istess studenti shabi li konna nattendu fl-istess snin. Nappellalhom biex jinghaqdu maghna.
“Jien u David bdejna t-“training hafif“ fejn ghamilna r-rotta f’zewg okkazjonijiet. Inhossni tajjeb u mmotivat ghal dan l-avveniment u nispera li l-organizzaturi jilhqu l-ghan taghhom,” qal l-Onor. Carmelo Abela.
“Inkompli ma dak li qal il-habib tieghi Carmelo biex inheggeg lill-ex studenti tal-Liceo biex jakkumpanjawna f’din id-duathlon.
“Din se tkun l-ewwel inizjattiva minn membri parlamentari biex jiehdu sehem f’attività ta’ din ix-xorti biex jingabru l-flus ghall-Community Chest Fund.
“Jien attendejt il-Liceo ghal erba’ snin, minn Form 2 sa Form 5 fejn hadt l-edukazzjoni tieghi li ghenitni hafna biex nilhaq fil-pozizzjoni tieghi prezenti.
“Nixtieq inwassal messagg li l-iskejjel tal-gvern huma daqstant tajbin u ghalhekk irrid inrodd xi haga lura bhala ringrazzjament tat-taghlim u l-edukazzjoni li hadt. Qed nispera wkoll li f’din l-attività niltaqa’ ma’ l-ex studenti shabi.
“Minkejja li l-habib tieghi, Clive Puli, li kien jattendi l-istess skola, se jkun nieqes minhabba impenji ta’ xoghol.
“Kellu l-hsieb li jinghaqad mieghi u ma’ Carmelo u sahansitra beda jittrenja maghna izda matul dawn l-ahhar jiem sar jaf li kellu jsiefer fuq xoghol.
“Jien bniedem li nhobb li l-isport. Infatti niehu sehem attiv fit-team tal-football tal-Parlament kif ukoll niehu sehem fil-maratona tal-volley li jorganizzaw il-Kerygma kull sena.
“Ghalhekk inheggeg biex dawk l-ex studenti, nhar il-Gimgha filghodu, jinghaqdu mieghi u ma’ Carmelo ghal appogg psikologiku biex fl-istess waqt jingabru l-flus ghall-bzonnijiet ta’ dawk in-nies inqas ixxurtjati minna,” temm jghid l-Onor. Agius.
|