|
|
|
Għaliex int?
minn Anglu Farrugia, Deputat Mexxej Laburista ghall-Affarijiet tal-Parlament
|
|
Bhalissa ninsab għaddej biż-żjarat fid-djar fil-kostitwenza tiegħi. Filwaqt li napprezza l-mod kif jilqgħuni r-residenti fi djarhom, inħossni dejjem aktar inkwetat meta nisma l-karba komuni tad-diversi. Ħafna jwasslu messaġġ ta’ rabja lejn is-sitwazzjoni li għandna f’pajjiżna bi Gvern li l-arroganza u l-insensittività tiegħu ma taf l-ebda limitiu rabja biex isir ħaqq mal-poplu Malti u Għawdxi.
|
|
|
|
L-immigranti u l-GWU
minn Michael Parnis, Deputat Segretarju Generali tal-GWU
|
Għal ħafna Maltin, meta xi ħadd jitkellem dwar l-immigranti jew jazzarda jgħid xi kelma favurhom, hija agħar minn dagħwa kbira. Donnu dan li f’dan il-pajjiż ninsew li mijiet ta’ eluf ta’ Maltin telqu minn Malta u marru sabu xorti u ħajja ġdida f’pajjiżi oħrajn. Ftit ilu qrajt li hu kkalkulat li hawn madwar miljun Malti imferrxin mad-dinja.
|
|
|
|
Il-klieb ta’ Napuljun
minn Evarist Bartolo, Kelliem Ewlieni ghall-Edukazzjoni u Midja tal-PL
|
|
Fl-aħħar bidliet li għamel Gonzi fil-kabinett, irranġa biex il-kontroll editorjali u politiku tal-PBS jiġi direttament taħtu. Jiġifieri issa, iżjed minn qatt qabel dak li jsir fil-PBS isir bil-barka personali tiegħu u tal-uffiċċju tiegħu. Suppost lil-PBS qiegħed hemm bħala stazzjon nazzjonali biex jiġbor fih u jistgħu jħossuh tagħhom il-Maltin kollha, hi x’inhi l-fehma politika tagħhom.
|
|
|
|
Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
minn Ufficcju Informazzjoni u Media tal-GWU
|
Ix-xogħol u l-ħolqien tal-impjiegi huma kważi l-iktar riga importanti li tkejjel ix-xejra ekonomika, jekk l-ekonomija hix tespandi jew tiċkien. Għax proprju huwa x-xogħol li joħloq il-ġid u jħaddem il-mutur ekonomiku. Kemm dan huwa minnu rajnieh fil-kriżi ekonomika li nħolqot lejn l-aħħar tas-sena 2007. Intilfu l-impjiegi, l-ekonomiji nazzjonali staġnaw u feġġet riċessjoni li kompliet għarrqet is-sitwazzjoni.
|
|
|
|
Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Helsien Nazzjonali
|
|
Spiss ixandru li se jsir proġett imħallas mill-fondi tal-UE. Ovvjament, il-Prim Ministru jew xi ministru jintervjeni biex ifakkar li dawn il-fondi ġejjin bis-saħħa tal-UE. Iżda ħadd ma tiġiħ id-diċenza, li xi darba jfakkar lill-poplu kemm miljuni ta’ ewro qegħdin nagħtu kull sena lill-UE. Din is-sena biss se nagħtuha €66.5 miljun, u fis-sitt snin ta’ sħubija fl-UE, se nkunu tajnieha madwar €376 miljun.
|
|
|
|
|