|
|
|
Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter: MILJUN IEĦOR!
minn Owen Galea
|
Kumpanija tal-eks-Ċermen tal-Korporazzjoni Enemalta Alex Tranter u tal-kuntrattur tal-bini Żaren Vassallo, b’dan tal-aħħar se jgawdi mill-bini tal-estensjoni l-ġdida tal-power station ta’ Dellimara, kienet irrakkomandata fl-aħħar jiem kuntratt ta’ ftit anqas minn miljun ewro għal servizzi ta’ infermieri fl-Isptar Monte Carmeli jinsab informat l-orizzont.
|
|
|
|
‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
minn John Pisani
|
Tania Bonnici ta’ 35 sena miż-Żejtun għaddiet minn trawma kbira meta ħalliel b’rasu kollha mgħottija daħal fil-ħanut tagħha u tterrorizza lilha u lil binha ta’ sitt snin meta beda jxejjer sikkina ma’ wiċċha qabel serqilha €300 mill-‘cash register’. Dan il-‘hold-up’ seħħ nhar it-Tlieta li għadda fis-6.50 p.m. fil-ħanut “Little Angels” li jinsab fi Triq Ħal Saflieni f’Raħal Ġdid.
|
|
|
|
Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini: Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
minn Charmaine Craus
|
|
Minkejja li l-Gvern ħabbar li se jkun hemm roħs fil-prezzijiet ta’ ċerti mediċini, din l-aħbar ma kinitx biżżejjed biex isserraħ l-imħuħ tan-nies, peress li l-prezzijiet ta’ ħafna mill-mediċini li jinbiegħu f’Malta, anke wara li traħħsu fil-ġimgħat li għaddew, xorta baqgħu ogħla mill-istess mediċini li jinbiegħu f’pajjiżi Ewropej.
|
|
|
|
Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
minn John Pisani
|
|
Il-Korporazzjoni Enemalta ħabbret li b’effett mill-bieraħ il-prezz tal-petrol raħas b’żewġ ċenteżmi filwaqt li d-dijżil baqa’ bl-istess prezz bħalma kien fix-xahar ta’ Awwissu. Dan ir-roħs ġie 24 siegħa wara li tħabbret żieda ta’ 30 ċenteżmu fuq iċ-ċilindri tal-gass tat-12-il kilo.
|
|
|
|
Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
|
Madwar 20 ‘tyre’ li kienu mqiegħdin tul il-korsa fejn isiru t-tlielaq tal-karozzi tal-‘Badger Karting’ ħadu n-nar ilbieraħ wara nofsinhar u kkawżaw dħaħen kbar li setgħu jidhru minn diversi partijiet ta’ Malta. Kien nar li beda fl-istess proprjetà u li kawża tar-riħ, tmexxa bil-konsegwenza li qabdu t-‘tyres’ kif ukoll xi ħaxix ieħor lil hinn mill-korsa tal-‘Badger Karting’.
|
|
|
|
Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
|
|
Charmaine Grima ta’ 30 sena miż-Żurrieq, tressqet il-Qorti ta’ Għawdex, mixlija b’attentat ta’ frodi permezz ta’ theddid. Il-każ seħħ matul ix-xahar li għadda f’Għawdex. Grima kienet mixlija li wkoll heddet li tagħmel denunzja jew kwerela, li tagħti malafama lil persuni oħrajn jew li tagħmel xi qligħ...
|
|
|
|
Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ: Diskussa l-ittra formali tal-UE
minn Charmaine Craus
|
|
Il-Kap tal-Komunikazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Gordon Pisani kkonferma ma’ l-orizzont li lbieraħ waranofsinhar, il-Prim Ministru laqqa’ l-Ministri tal-Kabinett. Skont informazzjoni li għandha din il-gazzetta, il-Kabinett ilbieraħ iddiskuta għall-ewwel darba l-ittra formali li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lill-Gvern Malti, dwar il-kuntratt tal-estensjoni l-ġdida tal-power station.
|
|
|
|
Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib: L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
|
|
Hekk kif ilbieraħ infetaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), avżat lill-membri kollha tagħha biex dejjem jimxu skont il-kodiċi ta’ kondotta u prattika tal-federazzjoni. Apparti minn hekk l-FKNK saħqet li l-kaċċaturi u n-nassaba kollha huma mistennijin li josservaw ir-regolamenti dwar...
|
|
|
|
Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
|
Il-Partit Laburista nieda parti oħra mill-proċess li għandu jwassal għall-għażla finali tal-emblema l-ġdida tiegħu. Dan meta fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista nfetħet wirja fejn hemm esebiti 56 disinn li kienu fost il-206 sottomessjonijiet wara sejħa pubblika. L-għażla tad-disinji esebiti f’din il-wirja saret fi proċess li fih ħadu sehem tim ta’ esperti flimkien ma’ rappreżentanti tal-fergħat kollha tal-Partit Laburista.
|
|
|
|
Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
|
|
Il-kumpanija GO ħabbret li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena rreġistrat dħul ta’ €64.19 miljun, kontra €59.89 miljun fl-2009. Dan ifisser tkabbir ta’ 7.2%. Barra minn hekk, matul l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja kurrenti, GO kisbet profitt operattiv normalizzat ta’ €11.35 miljun, żieda ta’ 46% fuq profitt operattiv normalizzat ta’ €7.77 miljun irreġistrat fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
|
|
|
|
31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
|
|
Tul dawn l-aħħar sentejn u nofs l-Awtorità Maltija għall-Istandards (MSA) ħarġet twissijiet dwar 31 prodott li ma kinux ta’ livelli adegwati u għaldaqstant setgħu jkunu ta’ periklu għall-konsumatur li jixtrihom. Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta, Chris Said ħabbar dan meta fetaħ seminar dwar is-sistema RAPEX...
|
|
|
|
Vodafone Malta Foundation: Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija
|
Stazzjon ta’ monitoraġġ ambjentali kien installat fit-tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra, Għawdex, grazzi għall-fondi minn Vodafone Malta Foundation. Dan it-tagħmir se jgħin lill-ispeċjalisti biex jeżaminaw kemm it-tempji qegħdin ikunu milqutin mill-elementi ambjentali. It-tagħmir juri wkoll kif il-klima tolqot siti fil-miftuħ, pereżempju kif l-istruttura preistorika tittiekel biż-żmien.
|
|
|
|
|