|
|
|
Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter: MILJUN IEĦOR!
|
Kumpanija tal-eks-Ċermen tal-Korporazzjoni Enemalta Alex Tranter u tal-kuntrattur tal-bini Żaren Vassallo, b’dan tal-aħħar se jgawdi mill-bini tal-estensjoni l-ġdida tal-power station ta’ Dellimara, kienet irrakkomandata fl-aħħar jiem kuntratt ta’ ftit anqas minn miljun ewro għal servizzi ta’ infermieri fl-Isptar Monte Carmeli jinsab informat l-orizzont.
|
| |
|
‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
|
Tania Bonnici ta’ 35 sena miż-Żejtun għaddiet minn trawma kbira meta ħalliel b’rasu kollha mgħottija daħal fil-ħanut tagħha u tterrorizza lilha u lil binha ta’ sitt snin meta beda jxejjer sikkina ma’ wiċċha qabel serqilha €300 mill-‘cash register’. Dan il-‘hold-up’ seħħ nhar it-Tlieta li għadda fis-6.50 p.m. fil-ħanut “Little Angels” li jinsab fi Triq Ħal Saflieni f’Raħal Ġdid.
|
| |
Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini: Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
|
|
Minkejja li l-Gvern ħabbar li se jkun hemm roħs fil-prezzijiet ta’ ċerti mediċini, din l-aħbar ma kinitx biżżejjed biex isserraħ l-imħuħ tan-nies, peress li l-prezzijiet ta’ ħafna mill-mediċini li jinbiegħu f’Malta, anke wara li traħħsu fil-ġimgħat li għaddew, xorta baqgħu ogħla mill-istess mediċini li jinbiegħu f’pajjiżi Ewropej.
|
| |
|
|
|
Għaliex int?
|
|
Bhalissa ninsab għaddej biż-żjarat fid-djar fil-kostitwenza tiegħi. Filwaqt li napprezza l-mod kif jilqgħuni r-residenti fi djarhom, inħossni dejjem aktar inkwetat meta nisma l-karba komuni tad-diversi. Ħafna jwasslu messaġġ ta’ rabja lejn is-sitwazzjoni li għandna f’pajjiżna bi Gvern li l-arroganza u l-insensittività tiegħu ma taf l-ebda limitiu rabja biex isir ħaqq mal-poplu Malti u Għawdxi.
|
|
|
|
|
L-immigranti u l-GWU
|
Għal ħafna Maltin, meta xi ħadd jitkellem dwar l-immigranti jew jazzarda jgħid xi kelma favurhom, hija agħar minn dagħwa kbira. Donnu dan li f’dan il-pajjiż ninsew li mijiet ta’ eluf ta’ Maltin telqu minn Malta u marru sabu xorti u ħajja ġdida f’pajjiżi oħrajn. Ftit ilu qrajt li hu kkalkulat li hawn madwar miljun Malti imferrxin mad-dinja.
|
|
|
|
|
|
Bizzilla minsuġa
|
|
Il-poplu skantat u mmeraviljat kif ir-reġim huwa kapaċi daqshekk fl-insiġ tal-bizzilla. Li kieku kellu l-istess kapaċità fil-ħila politika jew dik amministrattiva, kieku pajjiżna kien javvanza bil-kbir f’dawn l-aħħar snin. Iżda l-isfortuna tagħna hija li filwaqt li r-reġim jaf jinseġ l-affarijiet bizzilla fejn jaqbillu hu, qatt ma juri l-istess ħila biex itejjeb ħajjet il-poplu. Tant jinħadmu bizzilla ċerti sitwazzjonijiet li jibda jiġik dubju jekk hux qed tgħix ma’ Alice fil-“Pajjiż tal-Meravilji”, jew f’dak tal-kumbinazzjonijiet.
|
|
|
|
|
It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael
|
It-tim nazzjonali Malti jiftaħ l-impenji tiegħu fil-kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropej 2012 illum meta f’Tel Aviv jilgħab kontra Iżrael.
Din il-logħba kellha tintlagħab għada mal-kumplament tal-logħbiet internazzjonali l-oħrajn iżda tressqet għal-lum fuq talba li għamlu Iżrael stess u li ġiet milqugħa kemm mill-MFA kif ukoll mill-UEFA.
|
|
|
|
|
|